Reference: 309/2002/1

Judgement Details


Date
29/04/2004
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MALLIA TONIO
Parties
BANK OF VALLETTA P.L.C. vs ATTARD ALFRED ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
BEJGH IN SUBBASTA, GRADWAZZJONI TAL-KREDITURI - BEJGH IN SUBBASTA, OPPOSIZZJONI TA` TALBA GHALL-KOMPENSAZZJONI
Summary
Il-fatt li kreditur jibda proceduri ghas-subbasta, ma jakkwistax b'daqshekk privilegg jew kawza ta'preferenza, u huwa xorta jibqa jzomm il-pozizzjoni tieghu fl-ordni tal-kredituri li jkunu qed jikkonkorru fuq somma depozitata. L-uniku privilegg li taghtieh il-ligi bl-artikolu 2003 u 2004 tal-Kodiici Civili, huwa ghall-ispejjez gudizzjarji li jsiru "fl-interess tal-kredituri kollha, fosthom l-ispejjez mehtiega sabiex isir il-bejgh tal-beni u l-qsim tal-prezz taghhom". Il-ligi lanqas taghti lil dak il-kreditur ezekutant privilegg ghall-ispejjez minnu inkorsi ghall-kanonizazzjoni tal-kreditu tieghu, ghax ghalkemm l-artikolu 337(2) tal-Kap 12 tal-Ligijiet ta' Malta, jitlob li meta min jixtri l-proprjeta' b'subbasta ma jkunx l-esekutant, dan ghandu jiddepozita l-ispejjez li l-esekutant ikun ghamel ghall-kanonizazzjoni tal-kreditu tieghu u ghall-irkant, il-ligi ma tfornix lill-ispejjez ghall-kanonizazzjoni tal-kreditu b'xi privilegg specjali. Anzi, l-artikolu 2004 (2) tal-Kodici Civili jghid li "l-ispejjez li l-kreditur jaghmel ghall-kreditu tieghu nnifsu u li mhumiex ta' gid ghall-kredituri l-ohra, jitiqesu bhala accessarju tal-kreditu stess", u imbaghad l-artikolu 2095 ta' l-istess Kodici Civili jkompli jiddisponi li

Fl-istess grad li fih ikun imqieghed kreditu, jitqieghdu l-imghaxijiet ta' dak il-kreditu, l-ispejjez ta' l-iskrizzjoni u l-ispejjez maghmulin, meta hu mehtieg, biex il-kreditu jigi maghruf b'sentenza kemm-il darba dawn l-ispejjez ta' l-ahhar ma jkunux privileggati xort'ohra:

Ghalhekk kreditur li jibda proceduri ghal bejgh in subbasta m'ghandux jeddjopponi ghal kompensazzjoni animo compensandi maghmula minn kreditur ipotekarju jew privilegjat lijkun gradat ahjar minnu. Min jaghmel din it-tip ta' opposizzjoni huwa passibbli ghad-danni.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info