Reference: 154/2000/1

Judgement Details


Date
28/04/2004
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
CUSCHIERI NOEL
Parties
MIFSUD CARMELO vs SCHEMBRI GIUSEPPI
ECLI
N/A
Judgement Type
PARTIAL SENTENCE

Keywords / Summary


Keywords
ACTIO SPOLII, KONTRO-TALBA BAZATA FUQ IN-NUQQAS TA` TITOLU TA` L-ATTUR
Summary
L-Artikolu 396 tal-Kap.12 jiddisponi li "Fil-kawzi [fit-test Ingliz 'in any action'] il-konvenut jista' jaghmel kontro talba kontra l-attur, basta din il-kontro talba tkun konnessa mat-talba tal-attur kif ser jinghad hawn taht:." Minn din il-parti tad-dispozizzjoni jirrizulta car:

[1] li l-kontro talba hija ammissibbli f' kull kawza, minghajr distinzjoni dwar in-natura ta' l-azzjoni, u,apparti mill-kliem car u espress tal-ligi, tapplika l-massima legali: ubi lex non distinguit nec nondistinguere debemus; u

[2] li l-azzjoni u l-kontro talba ikunu konnessi bil-mod stipulat mill-ligi fis-sub incizi [a] jew [b].

Illi s-sub inciz [a] jiddisponi li jkun hemm din il-konnessjoni "meta l-kontro talba tal-konvenut tkun gejja mill-istess fatt, jew mill-istess kuntratt jew titolu li minnu tkun gejja t-talba ta' l-attur". Din it-tip ta' konnessjoni tirrendi ammissibbli r-rikonvenzjoni.

It-terminu "fatt" kontemplat f'din il-parti tal-ligi ghandhu jigi mehud fit-totalita' materjali tieghu, u mhux f'aspett wiehed biss.

Hawnhekk l-attur intavola azzjoni ta'spoll kontra l-konvenut fuq il-bazi li gie spoljat mill-pussess ta' ghalqa li kien jiddetjeni b'titolu ta' qbiela. Il-Qorti accettat bhala ammissibbli kontro-talba tal-konvenut intiza sabiex jottjenidikjarazzjoni li t-titolu ta' qbiela ta' l-attur kien intemm.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info