Reference: 290/2001/1

Judgement Details


Date
24/03/2004
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
XUEREB MARIA ET vs GAUCI CLEMENT ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
KOMMODAT, ELEMENTI TA` - PROVA, APPREZZAMENT TAL-QORTI TAL-APPELL - PROVA, APPREZZAMENT U VALUTAZZJONI TA` - PROVA, RELEVANZA TA` - PROVA, VEROSIMILJANZA TA` ZEWG VERZJONIJIET KONTRADITTORJI - ZGUMBRAMENT, KOMMODAT - ZGUMBRAMENT, KOMPETENZA TAL-QRATI INFERJURI
Summary
Il-kompetenza tal-Qorti Inferjuri f'materja ta' zgumbrament ma hijiex wahda limitata biss ghal kazijiet fejn tirrizulta vjolenza jew uzurpazzjoni izda tali kompetenza hi aktar estinsiva minn hekk.

Il-kommodat hu kuntratt simili hafna ghall-kera bid-differenza illi hu gratuwitu waqt li l-kirihu oneruz. Applikata n-norma ta' l-Artikolu 47 tal-Kap 12, kombinat ukoll mal-Artikolu 310 tal-Kodici Civili, il-jeddijiet fuq il-proprjeta` fihom kontemplati ghandhom karatteristici ben definiti "lima jinkludiex l-kommodat ta' immobili, li hu dritt personali - 'ius in persona" u mhux "in rem". Bl-applikazzjoni ta' l-Artikolu 48 tal-Kap 12 illi l-ligi tipprospetta l-kompetenza tal-Qrati Inferjuri mhux biss meta l-konvenut ikun qed jokkupa l-fond b'titolu ta' kera imma wkoll meta jkun qed jokkupah b'xi titolu iehor jew anke bla ebda titolu - sakemm ma jkunx b'xi titolu li minhabba n-natura immobbli tieghu kif bil-ligi stabbilita, hu espressament ezawtorat mill-kompetenza taghha. Xorta ta'titoli dawn li ma jinkludux il-komodat.

Huwa pacifiku f'materja ta' konflitt ta' versjonijiet illi l-Qorti kellha tkun gwidata minn zewg principji fl-evalwazzjoni tal-provi quddiemha:

Li taghraf tislet minn dawn il-provi korroborazzjoni li tista' tikkonforta xi wahda miz-zewg verzjonijiet bhala li tkun aktar kredibbli u attendibbli minn ohra; u

Fin-nuqqas, li tigi applikatal-massima "actore non probante reus absolvitur".

Fi kliem iehor il-Qorti ghandha tezamina jekk xi wahda miz-zewg verzjonijiet, fid-dawl tas-soliti kriterji tal-kredibilita` u specjalment dawktal-konsistenza u verosimiljanza, ghandhiex teskludi lill-ohra, anke fuq il-bilanc tal-probabilitajiet u tal-preponderanza tal-provi, ghax dawn, f'kawzi civili, huma generalment sufficjenti ghall-konvinciment tal-gudikant.

L-Artikolu 560(1) tal-Kap 12 jiddisponi li "il-qorti ghandha tichad li tingieb kull prova li jidhrilha li mhiex rilevanti jew li hija zejda, jew li jidhrilha li mhix l-ahjar prova li l-parti tista' ggib."

Jidher minn dan illi l-principju generali, kif rifless fil-provvedimenti tal-Kap 12, dwar ir-regolamentazzjoni tal-procedimenti fil-kontenzjuz hu dak illi l-Qorti kellu jkollha diskrezzjoni mill-aktar wiesgha fil-kondotta tal-kawza u fil-produzzjoni tax-xhieda u tal-provi. Tant hu hekk illi, kif pacifikament akkolt, f'materja ta' rilevanza jew superfluwita` Qorti tat-tieni grad bhala regola ma tiddisturbax ir-regolament tal-Qorti tal-ewwel grad jekk mhux ghal motivi gravi, dak li fil-fehma ta' din il-Qorti certament ma huwiex il-kaz. Biex jinghad kollox gieli anke gie ritenut f'termini li jidhru kemm xejn assoluti izzejjed illi f'materja ta' rilevanza Qorti tat-tieni grad ma tistax tindahal fid-diskrezzjoni ta' dik tal-ewwel grad.

Di regola l-kawzi huma indipendenti minn xulxin u l-Qorti ma ghandhiex facilment tikkonsenti jew tippermetti lill-parti tipproduci xhieda minn atti ohra. Dan, maggorment imbaghad, fejn ikollok ukoll l-opposizzjoni tal-kontro-parti.

Skond id-definizzjoni precizata fl-Artikolu 1824 tal-Kodici Civili"l-kommodat jew self ghall-uzu hu kuntratt li bih wahda mill-partijiet tikkunsinna haga lill-partil-ohra, sabiex din tinqeda biha, bla hlas, ghal zmien jew ghall-uzu determinat, bl-obbligu ta' dak li jirceviha li jrodd il-haga nfisha".

Minn dan it-test tal-ligi, kif ahjar imfisser mill-gurisprudenza, jidher li d-donazzjoni tal-uzu, fejn tirrizulta, timponi lill-kommodant l-obbligu li jhalli lill-kommodatarju fit-tgawdija tal-haga ghaz-zmien kollu miftiehem, u bhall-konduttur fil-konfront tal-lokatur, il-kommodatarju fil-konfront tal-kommodant ghandu d-dritt li jinqeda tal-haga basta li jillimita ruhu ghall-uzu determinat fil-kuntratt.

Huwa bil-wisq evidenti mill-konsiderazzjoni appena esposta kif ukoll mill-vot stess tal-ligi illi ghall-ezistenza tat-titolu ta' kommodat irid ikollok kuntratt ossija "konvenzjoni jew ftehim bejn tnejn minn nies jew izjed illi bih tigi maghmula, regolata, jew mahlula obbligazzjoni" (Art 960 tal-Kodici Civili). Kuntratt dan in ispece li dwaru tezisti diskordanza fid-dottrina jekk ghandux jitqies wiehed unilaterali jew bilaterali, anke jekk prevalentement jezisti qbil illi ghalkemm isir ghaf-favur tal-komodatarju pero` b'obbligazzjonijiet a kariku kemm ta' dan kif ukoll tal-kommodant.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info