Referenza: 383/2000/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
30/01/2004
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
DE GAETANO VINCENT, CAMILLERI JOSEPH D., FILLETTI JOSEPH A.
Partijiet
PERESSO MARY vs KUMMISSJONI KONTROLL ZVILUPP
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
BORD TAL-APPELL DWAR L-IPPJANAR, DECIZJONIJIET TAL-BORD IRIDU JKUNU BEN MOTIVATI - BORD TAL-APPELL DWAR L-IPPJANAR, DRITT TA` APPELL MINN DECIZJONIJIET TA` - BORD TAL-APPELL DWAR L-IPPJANAR, META L-BORD JINJORA GHAL KOLLOX KWISTJONIJIET TA` DRITT SOLLEVATI MILL-PARTIJIET - BORD TAL-APPELL DWAR L-IPPJANAR, PUNT TA` DRITT - BORD TAL-APPELL DWAR L-IPPJANAR, PUNT TA` FATT - BORD TAL-APPELL DWAR L-IPPJANAR, PUNTI TA` DRITT DECIZI IMPLICITAMENT
Fil-Qosor
Meta l-Bord ta' l-Appell dwar l-Ippjanar jonqos milli jiddeciedi kwistjoni ta' dritt sollevata minnwahda mill-partijiet jekk verament tali kwistjoni tkun prettament legali, u l-Qorti ta' l-Appell tkun konvinta li din il-kwisjtoni legali kienet wahda rilevanti ferm, jekk mhux ukoll vitali ghat-tezita' xi wahda mill-partijiet involuti fl-appell, allura, fl-ipotesi li din il-kwistjoni legali tkun giet semplicement injorata fid-decizjoni li jkun ta l-Bord, xorta wahda, jitwieled dritt ta' appell lil din il-Qorti mill-istess decizjoni tal-Bord u dan ghal zewg ragunijiet:

(a) Fl-ipotesi lil-Bord ikun verament applika l-attenzjoni tieghu ghall-istess punt legali sollevat quddiemu, izda majkun iddecieda xejn dwaru, wiehed ikun jista' gustament jinferixxi li l-istess punt legali jkun gieimplicitament michud mill-Bord ghar-raguni li l-istess punt legali ikun gie meqjus mill-Bord bhalawiehed li ma kienx applikabbli ghall-kaz, kien irrelevanti jew superfluwu jew addirittura ma kellu ebda validita` legali.

(b) Fl-ipotesi li l-Bord ma jkunx applika l-attenzjoni tieghu ghall-istess punt legali sollevat quddiemu, u allura necesserjament ma jkun iddecieda xejn dwaru, wiehed ikun jista' gustament jinferixxi li l-Bord naqas mid-dover tieghu li juza d-diskrezzjoni u l-"vires" lil-legislatur ikkonferixxa fuqu meta tah il-gurisduzzjoni li jisma' u jiddeciedi appelli maghmulha minn min ihossu aggravat b'decizjoni ta' l-Awtorita` ta' l-Ippjanar dwar kull haga ta' kontroll ta' l-izvilupp, inkluz it-twettiq ta' dak il-kontroll. F'dana l-aspett, wiehed jista' jikkonsidraha bhala n-naha l-ohra tal-munita tat-teorija ta' l-"ultra vires" gia` zviluppata fil-gurisprudenza tal-Qorti ta' l-Appell.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni