Referenza: 20/2002

Dettalji tas-Sentenza


Data
12/01/2004
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Ġudikatura
PACE RAYMOND C.
Partijiet
ZERAFA MAX vs KUMMISSJONI KONTROLL ZVILUPP
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ATT DWAR L-IPPJANAR TA` L-IZVILUPP, DEROGA GHALL-LIMITAZZJONIJIET FL-GHOLI - POLICY PLP 10 - ATT DWAR L-IPPJANAR TA` L-IZVILUPP, EFFETT TA` L-ATT XXI TAL-2001 FUQ POLICIES EZISTENTI - BORD TAL-APPELL DWAR L-IPPJANAR, DECIZJONIJIET TAL-BORD IRIDU JKUNU BEN MOTIVATI - BORD TAL-APPELL DWAR L-IPPJANAR, INTERPRETAZZJONI TA` POLICIES TAL-IPPJANAR - BORD TAL-APPELL DWAR L-IPPJANAR, META L-BORD JINJORA GHAL KOLLOX KWISTJONIJIET TA` DRITT SOLLEVATI MILL-PARTIJIET
Fil-Qosor
Fl-artikolu 33 (1) tal-Kap 356 kif emendat jobbliga lill-istess Awtorita' li tapplika l-pjanijiet ta' zvilupp inkluz dwar il-limitazzjoni dwar l-gholi permess tal-bini, izda f'dawn l-ahhar kazi hemm deroga minn tali restrizzjonijiet fl-gholi jekk ikun hemm policy ta' ppjanar dwar l-gholi massimu tal-bini.

Wahda minn dawn il-policies hija l-policy hekk maghrufa bhala Policy PLP 10. Jekk il-Bord ta' l-Appell dwar l-Ippjanar jonqos milli jikkonsidera tali Policy fl-aspetti kollha relevanti taghha ikun qieghed implicitament jiddeciedi punt ta' dritt u bhala tali din il-kwistjoni hija wahdaappellabbli billi m'hijiex semplici applikazzjoni ta' policy ta' l-ippjanar.

Il-Policy PLP 10telenka diversi cirkostanzi fejn tali gholi massimu jista', wara studju u verifiki relattivi, jigiaggustat, u kull cirkostanza tipprovdi ghal xenarju differenti, li kull wahda minnhom jekk ezistentitista' tghati lok ghal rilassament tali limitazzjoni.

Il-Bord ta' l-Appell dwar l-Ippjanar kien obbligat, bhal kull Qorti, li tezamina l-aggravji ta' l-appellanti jew is-sottomissjonijiet tal-parti, tindika dwarhom u taghti d-decizjoni taghha, ghaliex fuq kollox dak huwa l-iskop li huwa tenut li decizjoni ghandha tkun motivata, u dan wkoll sabiex mhux biss il-gustizzja ssir izda tidher liqed issir. Dan huwa l-principju li din il-Qorti dejjem imxiet bih u hekk hija obbligata li taghmel,u bl-istess princpji huwa marbut l-istess Bord.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni