Reference: 2760/1997/1

Judgement Details


Date
28/01/2004
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
CHIRCOP KEVIN vs CHIRCOP JOSEPH
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
ECCEZZJONIJIET, META JIGU SOLLEVATI EX UFFICIO - INTERESS GURIDIKU, IL-QORTI TISTA` TISSOLLEVA NUQQAS TA` INTERESS GURIDIKU EX UFFICIO
Summary
Hadd ma jiddubita illi l-Qrati huma accessibbli ghal kulhadd. Daqstant iehor pero` huwa indiskuss ukoll illi min jadixxi lill-Qrati ghandu juri li huwa ghandu dritt li gie vjolat lilu, jew li jigi lilu ri-stabbilit id-dritt hekk lez mill-konvenut, u li allura permezz ta' l-azzjoni jista' jipprokuraxi rizultament vantagguz jew skop utli.

Dan in kwantu huwa pacifikament assodat illi presuppost specifiku ta' ezercizzju ta' l-azzjoni gudizzjarja - actio nata - hu l-interess guridiku.

Hawnhekk il-Qorti issollevat marte proprio il-karenza ta' l-interess fl-attur billi hasset li din kienet kwestjoni ta' ordni pubbliku li l-gudikant hu obbligat li jirrileva ex officio. Dan in omaggghall-principju, superjuri anke ghall-interess privat tal-partijiet, illi l-gustizzja mhux semplicement tigi amministrata izda anke li din tkun qed tigi amministrata sew u skond il-ligi. Il-principjuta' l-interess guridiku, dirett, legittimu u attwali f' kull min jipproponi azzjoni jrid jigi allura skrupolozament imhares bis-solennita` procedurali kollha, anke jekk mhux sollevat mill-parti kuntrarja fil-gudizzju.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info