eCourts
Kawżi Ċivili
Sentenzi
Insolvenzi
Subbasti
Użu tal-Awli
Servizzi
Irċievi Notifiki bil-Mowbajl
Ħallas Multi tal-Qorti
Ħallas id-Dritt tar-Reġistru tal-Qorti
Għajnuna
Chat
Malti
English
Illoggja
Home
Fittex is-Sentenzi
Dettalji
Referenza: 1/2001/1
Niżżel
Dettalji tas-Sentenza
Data
13/01/2004
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Ġudikatura
MICALLEF JOSEPH R.
Partijiet
CASSAR TORREGGIANI WILLIAM vs DIRETTUR SIGURTA' SOCJALI
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT
Kawża Llinkjata
CASSAR TORREGGIANI WILLIAM vs DIRETTUR SIGURTA' SOCJALI - 1/2001/1 - TAL-APPELLI CIVILI (INFERJURI), DSS
Dettalji tal-Appellati
Appellata
Iva
Kliem Ewlieni / Fil-Qosor
Kliem Ewlieni
KAP. 318 - KONTRIBUZZJONI TA SIGURTA SOCJALI - PENSJONI
Fil-Qosor
L-appellant ihoss ruhu aggravat mid-decizjoni tal-Arbitru ghaliex qieghed jghid li, ghalkemm ghal sentejn partikolari mill-ahhar ghaxar snin qabel irtira mix-xoghol kien iddikjara dhul baxx, huwa kienhallas l-oghla rata ta' kontribuzzjoni ta' sigurta' socjali ghall-imsemmija sentejn. Madankollu, meta d-Direttur hadem ir-rata ta' pensjoni li ghaliha l-appellant kien intitolat, dan ghadd id-dhul dikjarat tal-appellant tal-ahhar ghaxar snin u qata' l-medja. L-appellant jghid li, minhabba f'hekk,ir-rata ta' pensjoni li qieghed jircievi hija anqas minn dik li kien jircievi kieku l-appellat kienqies id-dhul ta' dawk is-sentejn fuq ir-rati ta' kontribuzzjonijiet ta' sigurta' socjali attwalmentimhallsin.
Il-ligi taghmilha cara li l-ghamliet kollha ta' pensjonijiet ghal min jirtira msemmijin fit-Taqsima V tal-Kapitolu 318 tal-Ligijiet ta' Malta jintrabtu mal-kriterju tad-dhul pensjonabbli tal-persuni eligibbli ghalihom. Dan jghodd ukoll fejn il-pensjoni tkun imsejsa fuq kontribuzzjonijiet akkreditati skont l-artikolu 16 tal-Att. Dhul pensjonabbli huwa mfisser bhala l-paga jewsalarju bazici, jew dhul nett, jew qliegh, mahduma skont it-Tlettax-il Skeda(Artikolu 2(1) tal-Kap.318).
Il-kwestjoni ta' kontribuzzjonijiet ta' sigurta' socjali titqies biss bhala wiehed mill-elementi kwalifikativi biex persuna tista' titlob hlas ta' pensjoni tal-irtirar. Dan qieghed jinghad fis-sens li l-ligi trid li l-persuna eligibbli tkun ghamlet medja ta' kontribuzzjonijiet li taqbez certu ghadd matul l-ahhar ghaxar snin qabel ma ssir it-talba ghall-hlas tal-pensjoni. Ma jidhirx li l-ammont imhallas taht tali kontribuzzjonijiet huwa, minnu nnifsu, kriterju ta' kemm sejra tkun ir-rata ta' pensjoni, ghaliex huwa meqjus li l-kontribuzzjonijiet huma dejjem imqabblin mal-ammont ta'dhul pensjonabbli. Kemm hu hekk, il-ligi ma hallietx li persuna li thaddem lilha nnifisha jew persuna li tahdem ghaliha nnifisha tibqa' taghzel, b'effett mill-4 ta' Jannar, 1988, il quddiem, li thallas rata ta' kontribuzzjonijiet oghla minn dik li tapplika ghaliha skont id-dhul nett taghha - artikolu 10(3) tal-Kap 318 kif applikabbli skont l-Ghaxar Skeda (Taqsima II u III).
Dan kollu jwassal lill-Qorti ghall-fehma li l-kriterju normalment rilevanti li fuqu jrid joqghod id-Dipartiment meta jigi biex iqis id-dhul pensjonabbli ta' persuna li titlob li tibda tithallas pensjoni tal-irtirar (ghajr f'dawk il-kazijiet fejn il-persuna tkun diga' qeghda tircievi pensjoni ta' invalidita') huwa d-dhul dikjarat taghha matul dawk l-ahhar ghaxar snin, eskluzi zidiet f'tali dhul li ma jkunux meqjusin mid-Direttur bhala zidiet bona fide - Artikolu 58 tal-Kap 318.
Ghal dak li jirrigwardapersuna li thaddem lilha nfisha (bhalma kien l-appellant ghal tul l-ahhar tnax-il sena tal-hajja lavorattiva tieghu), huwa stabilit li tali dhul pensjonabbli jitqies bhala l-medja fis-sena tad-dhul nett ta' persuna li dwarha l-kontribuzzjoni dovuta tkun thallset matul l-ahhar ghaxar snin. Jigifieri,kif taraha l-Qorti, il-kriterju tal-kontribuzzjonijiet xierqa f'sena partikolari huwa rilevanti biss biex jaghmel id-dhul ta' dik is-sena eligibbli biex jintghadd ghall-finijiet tal-medja ta' dhulfl-ahhar ghaxar snin.
Madankollu, ghal dan il-principju generali l-Qorti tinnota kwalifika partikolari u krucjali ghall-finijiet tal-kaz li ghandha quddiemha. Kemm hu hekk, huwa stabilit li:
meta matul l-imsemmija l-ahhar ghaxar snin kalendarji tkun thallset kontribuzzjoni fuq dhul nett li kien oghla minn dak li fil-fatt tkun irceviet, id-dhul nett mehud sabiex jinhadem dan il-kalkolu dwar xi sena wahda kalendarja partikolari jkun l-aktar wiehed gholi minn dan id-dhul nett kollu.
Din il-kwalifika ta' kif ghandu jitqies id-dhul pensjonabbli meta l-ammont ta' kontribuzzjoni mhallsa jkun ta' faxxa li tisboq id-dhul nett li attwalment dik il-persuna taqla' f'sena partikolari hija eccezzjoni rilevanti ghall-kaz prezenti u l-Qorti jidhrilha li dan huwa kaz fejn il-ligivoluit et dixit.
Fil-kaz partikolari, ma kinitx ghazla tal-appellant li jhallas kontribuzzjoni oghla, imma kien kaz fejn qala' dhul anqas minn dak li kien jistenna. Lanqas ma' jidher li dan id-dhul dikjarat ma kien xi ghamil mala fide, u dan ghaliex ma kienx jaghmel sens ghall-appellant li jiddikjara dhul baxx meta kien jaf li dawk is-sentejn kienu krucjali bhala tnejn mill-ahhar ghaxar snin tal-hajja lavorattiva tieghu, u meta fis-snin ta' qabel u ta' wara d-dhul dikjarat tieghu rega' ghola. Ghalhekk, jidher li l-aggravju tal-appellant ghandu mis-sewwa u jisthoqqlu jintlaqa'.
Ghaldaqstant din l-Onorabbli Qorti tiddeciedi billi tilqa' l-appell tar-rikorrent mid-decizjoni moghtija mill-Arbitru fejn cahad l-appell tal-istess rikorrent biex jirrevedi r-rata ta' pensjoni tal-irtirar li ghaliha ghandu jedd, u ghalhekk thassar l-istess decizjoni; tordna lid-Direttur appellatbiex ihallas lill-appellant rata ta' pensjoni riveduta skont il-ligi applikabbli fir-rigward tieghuu li jhallas lill-appellant dik id-differenza li tirrizulta b'effett minn meta l-appellant kien eligibbli ghall-pensjoni; filwaqt li tikkundanna lid-Direttur appellat ihallas l-ispejjez ta' dan l-appell.
Agħfas hawn biex tfittex mill-ġdid.
Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku.
Iktar Informazzjoni
Naċċetta