Reference: 1192/1987/3

Judgement Details


Date
15/12/2003
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
SAMMUT GAETANO vs SAMMUT PAULINE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
APPELL, META S-SENTENZA APPELLATA TIKKONTJENI ZBALL FL-OKKJU - INTERVENT IN STATU ET TERMINIS, POSIZZJONI TA` L-INTERVENUT - KJAMATA FIL-KAWZA, POSIZZJONI TAL-KJAMAT - SENTENZA, ZBALL FL-OKKJU
Summary
Huwa pacifikatament akkolt illi zball jew nuqqas fl-okkju hu zball ta' sustanza li l-Qorti ta' l-Appell necessarjament trid tissollevah "ex officio" in kwantu hu bl-okkju tas-sentenza li l-partijiet jigu identifikati u huma d-drittijiet u l-obbligi ta' dawk il-partijiet - persuni kontendenti fil-kawza - li jkunu qed jigu determinati fis-sentenza appellata.

Il-Qorti ta' l-Appell fit-terminita' l-artikolu 175 tal-Kap 12 ghandha l-fakolta` li tikkorregi kull zball li jigi pprezentat wara s-sentenza ta' l-ewwel istanza imma li tali fakolta` ma testendix sas-sentenza li tkun appellata quddiemha. Is-sitwazzjoni ma jidherx li tbiddlet bl-emendi li saru fil-Kodici ta' Organizazzjoni u Procedura Civili bl-Att XXIV tal-1995 u s-subinciz 2 ta' l-Art 175 infatti ma jirrizultax b'xi mod emendat.

L-okkju tal-kawza jigi sewwa u bi precizjoni registrat fis-sentenza tal-Qorti fejn si tratta tal-partijiet in kawza. Partijiet li bil-ligi huma hekk konsiderati fit-termini preciz taghha.

Indubbjament, il-kjamat in kawza huwa parti in kawza u meta ammess ghall-integrazzjoni tal-gudizzju, jirrivesti l-libsa ta' konvenut u jista' ghalhekk jigi kkundannat jew liberat mit-talba. Dana differenza tal-intervenjenti in kawza, li la hu konvenut u lanqas attur, u konsegwentement l-omissjoni tieghu fl-okkju tas-sentenza ma jgib l-ebda nullita`.

Il-konsegwenza allura hi li metadan in-nuqqas jigi rilevat minn Qorti tat-tieni istanza din ma tistax taghmel haga ohra hlief li tikkonstata l-izball mhux korrett jew in-nuqqas u tirrevoka s-sentenza ta' l-ewwel Qorti.

Il-korrezzjoni mehtiega trid issir mill-istess l-ewwel Qorti li ppronunzjat is-sentenza wara li taghmel il-konsiderazzjonijiet taghha dwar l-element tal-pregudizzju fil-proceduri li jkunu saru quddiemha fir-rigward tal-persuni li kienu l-oggett ta' dan l-"izball".




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info