Reference: 1198/1995/1

Judgement Details


Date
06/06/2001
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
SAID PULLICINO JOSEPH
Parties
CHIAPPA JOHN BAPTIST ET vs FORMOSA JOSEPH NOE
ECLI
N/A
Judgement Type
NOT AVAILABLE

Keywords / Summary


Keywords
APPELL, INTERESS RIKJEST F`APPELLO DEL TERZO - BEJGH IN SUBBASTA, META JSIRU ZBALJI FIL-PUBBLIKAZZJONIJIET MAGHMULA FIL-GAZZETTA TAL-GVERN - BEJGH IN SUBBASTA, NULLITA` TA` - BEJGH IN SUBBASTA, RATIO TAL-PROCEDURI
Summary
Huwa possibbli li jsir appell minn terza persuna ai termini tal-Art. 236 Kap. 12. Hawnhekk l-appellanti kienet qed tipprova ssalva l-validita' ta' bejgh in subbasta ta' proprjeta' li kienet ippromettiet li tixtri permezz ta' konvenju. Il-kwistjoni kienet jekk l-appellanti bhala semplici kompratriciprospettiva tal-fond in kwistjoni kelliex interess tintavola appell minn sentenza li annullat il-bejgh in subbasta.

Il-Qorti irriteniet li l-interess li kien qed jehtigilha tipprova kellu jkunguridiku u dan ifisser illi tali interess seta', jekk jigi rejalizzat b'mod favorevoli fl-azzjoni kif proposta, jissarraf fi dritt fil-konfront tal-atturi li pproponew il-kawza . Ma kienx allura bizzejjed li tali interess ikun fl-ezitu tal-kawza in kwantu dan seta' jizvantaggja jew jagevola lit-terz li jappella fit-termini tal-artikolu 236 tal-Kodici tal-Organizazzjoni u Procedura Civili. Fil-kaz taht ezami tali interess guridiku ma rrizultax in kwantu l-appellanti ma setghet qatt tivvanta xijedd fil-konfront tal-atturi (il-proprjetarji precedenti tal-fond) li maghhom ma kellha ebda relazzjoni guridika.

In oltre l-fatt illi l-Bank konvenut (il-kreditur tal-atturi) u l-konvenut Registratur tal-Qrati accettaw is-sentenza appellata bhala gusta billi m'appellawx minnha u allura dik is-sentenza kienet ghaddiet fil-konfront taghhom in gudikat, jidher li kkomprometta intervent tal-appellanti f'dan l-istadju tal-process.

Hawnhekk sehhew zbalji serji fil-procedura tas-subbastabilli d-data ghall-irkant giet ripetutament indikata hazin fil-gazzetta tal-gvern u b'hekk il-procedura indikata fil-Kap. 12 sabiex il-proprjeta' tinbiegh lill-ahjar offerent ma gietx segwita. Dan l-izball kellu jgib mieghu in-nullita' tal-proceduri.

Id-diversi artikoli tal-Kap 12 rigwardantil-bejgh in subbasta huma intizi biex jattiraw l-akbar numru ta' offerenti biex il-bejgh ukoll jirrejalizza l-ghola prezz. Dawn huma r-regoli ta' pubblicita' tal-pubblikazzjoni tal-avvizi bl-istimi,l-kwindena u anke l-lok fejn jinzamm l-irkant. Ghalhekk, ghalkemm huwa veru li l-banditur ghandu jidderigi huwa l-irkant u ghal buon ordni huwa awtorizzat li jiehu l-provvedimenti kollha adegwati, dawn ma jistghux ikunu tali li jmorru kontra r-rekwiziti essenzjali tal-irkant li jizdiedu l-offerti ujoghla l-prezz.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info