Referenza: 728/1990/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
28/11/2003
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
DE GAETANO VINCENT, DEPASQUALE ANTON, MAGRI ALBERT J.
Partijiet
AGIUS VICTOR vs CASSAR CHARLES NOE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Fil-Qosor
F'dan il-kaz l-atturi u l-konvenuti huma ahwa. Inxtrat bicca art u fuq il-kuntratt ta' xiri deher il-konvenut wahdu. Il-konvenut appellant qed jallega li din l-art ma xtrahiex f`isem hutu, izda esklussivament f`ismu personali. L-atturi min-naha l-ohra jsostnu li huma hargu l-flus ghal din l-art u l-hsieb kien li huhom jixtri din l-art ghan-nom taghhom kif kien ghamel f'okkazzjonijiet precedenti.

Principalment il-kwistjoni kollha li kellha quddiemha l-ewwel Qorti kienet jekk l-art in kwistjoni inxtratx mill-konvenut bhala prestanome ta` hutu l-atturi jew ghalih wahdu. L-ewwel Qorti, wara li qieset ic-cirkostanzi tal-kaz, accettat it-tezi ta' l-atturi li l-akkwist ta' l-art sar mill-konvenut f`isem hutu kollha bhala prestanome.

Il-kwistjoni kienet wahda ta' provi u ta' kredibilita`. Issa gie dejjem ritenut li din il-Qorti, bhala Qorti ta' revizjoni, ma tiddisturbax leggerment il-konkluzjoni ta' l-ewwel Qorti dwar apprezzament ta' provi izda taghmel ezami approfondit tal-provi biex tara jekk, fuq il-fatti rizultanti, l-ewwel Qorti setghetx legalment u ragonevolment tasal ghall-konkluzjoni li tkun waslet ghaliha. Din il-Qorti tal-Appell regghet waslet ghall-istess konkluzjoni tal-Ewwel Qorti.

Art mixtrija minn mandatarju prestanome ma tidholx fil-kommunjoni ta' l-akkwisti ezistenti bejn il-mandatarju u l-konjugi tieghu, izda tmur direttament fil-patrimonjutal-mandant.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni