Reference: 55/2002/1

Judgement Details


Date
20/10/2003
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
JOHNNY J. CO. LTD. vs FALZON CARMEL PRO ET NOE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
KONTUMACJA, META L-ECCEZZJONIJIET MA JIGUX INSERITI FIL-PROCESS - KONTUMACJA, PROCEDURI QUDDIEM IL-BORD LI JIRREGOLA L-KERA
Summary
It-tieni paragrafu tal-Art 30 tal-Kap 69 jikkontempla l-kaz meta l-intimat ma jikkontestax it-talbafl-ewwel seduta li ghaliha l-kawza tkun giet appuntata. Jiddisponi in fatti illi "jekk fil-jum maqtugh ghas-smigh tal-kawza ma jkun hemm ebda osservazzjoni b'kontestazzjoni ta' dak li jkun hemm fir-rikors, il-Bord jilqa' t-talba".

Minn dan it-test tal-ligi huwa car illi l-presenza tal-intimat fl-ewwel seduta, ghalkemm fil-prattika desiderabbli dejjem, mhiex essenzjali. Dan ghaliex, dejjemskond il-vot tal-ligi, l-importanti hu li l-Bord ikollu konjizzjoni tal-fatt illi l-intimat jikkontesta t-talba.

(a) Min ikun intenzjonat jammetti t-talba hu awtorizzat illi jaghmel hekk billijipprezenta att fir-Registru f'kull zmien qabel il-jum meta kellu jinstema' r-rikors;

(b) L-artikolu pero` ma jipprekludix lill-intimat li qabel l-ewwel jum tas-smiegh, b'risposta fir-Registru, jaghmel l-opposizzjoni tieghu ghat-talba tar-rikorrent. Tali risposta l-intimat jista' jipprezentaha seduta stante fl-ewwel jum tas-smiegh, u dan il-ligi espressament tippermettih, imma certament huwa konsentit li ma kien hemm xejn x'izomm lill-intimat li jipprezenta dan l-att qabel l-ewwel jum tas-smiegh;

(c) Risposta hekk prezentata jkollha rilevanza ghall-fini tat-tieni parti ta' l-Artikolu 30. Dan ifisser li waqt li m'ghandiex tigi minimizzata l-procedura volutament sommarja li biha l-Bord kellu jikkonduci s-smiegh tal-kawza quddiemu, u lanqas ghandha tigi injorata l-importanzatal-presenza ta' l-intimat personalment jew xort'ohra fl-ewwel smiegh tar-rikors, il-fatt li l-intimat ikun irregistra l-opposizzjoni tieghu ghat-talba qabel l-ewwel jum tas-smiegh kellu jinghata pizdebitu mill-Bord li kien obbligat li jiehu konjizzjoni taghha u mhux jinjoraha".

Jekk tigi prezentata risposta izda din ma tigix inserita fil-process, ikun irreali li wiehed jghid li l-intimatkien kontumaci fis-sens li ma kienx ikkontesta jew kien aderixxa ghat-talba u li din it-talba, ghalhekk, setghet tigi milqugha skond l-imsemmi artikolu 31 (illum Art 30).




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info