Reference: 20/1991/2

Judgement Details


Date
20/10/2003
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
CARUANA CATHERINE ET vs SCHEMBRI ANNA ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
ATTI GUDIZZJALI, META N-NULLITA` MA TIGIX ECCEPITA` MAL-EWWEL - RITRATTAZZJONI, APPLIKAZZJONI HAZINA TAL-LIGI - RITRATTAZZJONI, APPLIKAZZJONI HAZINA TAL-LIGI - HTIEGA LI TIGI INDIKATA IL-LIGI LI KELLHA TIGI APPLIKATA - RITRATTAZZJONI, NATURA TAL-PROCEDURI - RITRATTAZZJONI, ZBALL LI JIDHER MILL-ATTI TAL-KAWZA
Summary
Ir-rimedju ta' ritrattazzjoni hu wiehed straordinarju in kwantu jikkostitwixxi deroga tal-principjuli sentenza li saret 'res judicata' ghandha forza ta' ligi bejn il-kontendenti. Kien ghalhekk li rimedju ta' din ix-xorta kellu jigi interpretat b'mod restrittiv u ma setghax jigi nvokat jekk mhux fil-kazijiet specifici elenkati fil-ligi. Inoltre l-ligi timponi certi kondizzjonijiet ghall-ezercizzjuta' l-istess rimedju li wiehed hu mistenni li josservahom skrupolozament.

L-artikolu 816 jimponi fuq ir-ritrattand li jkun qieghed jadduci raguni bazata fuq applikazzjoni hazina tal-ligi (Artikolu 811(e) tal-Kap. 12) "illi ghandu jsemmi l-ligi li kien imissha giet applikata". Fin-nuqqas it-talba ghar-ritrattazzjoni tkun trid tigi skartata.

Barra minn hekk il-Qorti fl-istadju ta' ritrattazzjoni m'ghandiex tidhol f'ezami tal-fatti izda ghandha tillimita ruhha ghal ezami jekk is-sentenza attakkata tkunx applikat il-ligi hazin. Il-gudizzju ta' mera interpretazzjoni ta' fatt dubjuz jew kontrovers jikkostitwixxi gudizzju sovran tal-gudikant.

F'kaz ta' gnien, jekk dan ma jkunxaccessorju ghal fond urban huma applikabbi d-disposizzjonijiet relativi ghall-fondi rustici. Lokazzjoni li jkollha bhala oggett principali l-koltivazzjoni tal-immobbli lokat taqa' fil-kompetenza tal-Bord dwar il-Kontroll tal-Kiri ta' Raba.

Is-subinciz (l) ta' l-Artikolu 811 jaghti lok ghas-smiegh mill-gdid tal-kawza fil-kaz fejn is-sentenza ritrattanda kienet l-effett ta' zball li jidhermill-atti jew mid-dokumenti tal-kawza.

Dan is-subinciz (l) jiddistingwi ruhu mis-subinciz (e)billi mentri f'dan tal-ahhar hi prevvista r-ritrattazzjoni fuq zball ta' ligi f'tal-ewwel si trattata' raguni bazata fuq zball ta' fatt. Iz-zewg subincizi huma redatti, tista' tghid, bl-istess lokuzzjoni u jimponu l-istess restrizzjonijiet fl-applikazzjoni taghhom biex jigi assigurat li r-rimedjustraordinarju tar-ritrattazzjoni jkun tabilhaqq wiehed ta' natura eccezzjonali u li dan ma jigix abbuzat biex jipprovdi forma ta' qorti ohra ta' revizjoni.

Irid jinzamm ferm illi r-rimedju ta'ritrattazzjoni jirreferi f'dan il-kaz ghal procedura fl-istadju ta' l-appell u huwa f'dan l-istadjuli ghandu jigi identifikat l-izball ta' fatt li allegatament jaghti lok ghal dan ir-rimedju.

L-izball ta' fatt irid jirrizulta mill-atti u mid-dokumenti tal-kawza, u jrid ikun zball materjali,intuwittiv, rizultanti mis-semplici konfront bejn id-dikjarazzjonijiet fis-sentenza ma' l-atti u d-dokumenti tal-kawza u mhux relattiv ghall-kriterji jew il-karattri li bihom il-fatt ikun inftiehem mill-gudikant. Barra minn hekk l-izball ta' fatt irid ikun f'rapport ta' kawzalita` mad-decizjoni u huwa necessarju li l-fatt mjkunx ifforma punt kontrovers u deciz bis-sentenza impunjata.

Is-subinciz (2) tal-Artikolu 789 tal-Kap 12 jghid li "l-eccezzjoni tan-nullita` ta' att, taht paragrafu (c) tas-subartikolu (1) ta' dan l-artikolu - li jghodd ghal kaz hawn ipotezzat - ma tistax tinghata,meta l-parti li taghtiha tkun baqghet taghmel jew, ghad li tkun taf biha, tkun halliet li jsiru attiohra wara, minghajr ma teccepixxi dik in-nullita`". Ghalhekk ma tistax titqajjem in-nullita` ta' att gudizzjarju fir-ritrattazzjoni.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info