Referenza: 1264/1997/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
02/10/2003
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
PACE RAYMOND C.
Partijiet
ATKINS CHARLES vs ATKINS MATILDE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ZWIEG, APPLIKAZZJONI RETROATTIVA TAL-ATT DWAR IZ-ZWIEG - ZWIEG, NULLITA` MINHABBA DIFETT SERJU TA` DISKREZZJONI TA` GUDIZZJU - ZWIEG, NULLITA` MINHABBA ESKLUZJONI POSITTIVA TAZ-ZWIEG JEW TA` XI WIEHED MILL-ELEMENTI ESSENZJALI - ZWIEG, SIMULAZZJONI
Fil-Qosor
L-artikolu 36 (2), li qabel kien l-artikolu 24, ta' l-Att ta' l-1975 jghid testwalment:-

"Ebda haga f'dan l-Att ma ghandha tolqot il-validita' ta' zwieg li kien validu meta sar."

Fid-dawl ta' din id-dispozizzjoni tal-ligi l-Qorti ma tistax hlief tapplika ghal kaz in dizamina dik il-ligi li kienet tirregola z-zwigijiet meta gie celebrat iz-zwieg ta' bejn il-kontendenti. Illi qabel magiet promulgata l-Ligi Dwar iz-Zwieg, Kapitolu 255 tal-Ligijiet ta' Malta, ma kien hawn l-ebda regolament dwar l-istituzjoni taz-zwieg taht il-ligi civili. Din is-sistema kienet tirregola biss l-effetti taz-zwieg (Kodici Civili), pero' ma kienx hemm regoli tad-dritt civili li jirregolaw il-kostituzjoni validu taz-zwieg u dwar id-dikjarazzjoni ta' nullita` taz-zwigijiet. Illi in mankanza ta' din il-ligi d-drawwa evolviet li z-zwieg kellu jigi celebrat in linea mar-riti preskritti mir-religjon tal-partijiet.

Il-provvediment transitorju ta' l-Att XXXVII ta' l-1975, kien gie ppromulgat, ghalhekk, sabiex jaqta` linja bejn l-applikazzjoni tal-ligi religjuza personali tal-partijiet u l-ligi l-gdida ppromulgata mill-Parlament. Iz-Zwigijiet ghalhekk li gew iccelebrati qabel l-1975 kellhomjigu regolati bil-ligi in vigore dak il-hin, li fil-maggoranza tal-kazijiet kienet il-ligi kanonika.Dan jixhduh id-diskussjonijiet fuq din id-dispozizzjoni tal-ligi mid-debattiti tal-Kamra tar-Rapprezentanti. Madanakollu l-Qrati taghna matul il-medda taz-zmien taw l-interpretazzjoni taghhom ghal din id-dispozizzjoni transitorja u l-applikabbilita` taghha fil-kwazi fejn qieghed jintalab l-annullament ta' zwieg li gie iccelebrat qabel l-1975.

L-estensjoni tar-retroattivita` ta' l-artikoliimsemmija ghaz-zwigijiet li saru qabel il-15 ta' Lulju 1975 giet mill-legislatur limitata biss ghaldawk il-kazijiet fejn iz-zwieg ma kienx validu skond il-ligi vigenti meta gie kontrattat." Jigifieri jekk zwieg kien validu skond il-ligi vigenti meta sar dak kollu provdut fl-Att XXXVII ta' l-1975 ma jistax jolqot il-validita' tieghu, mentri jekk ma kienx hekk validu allura l-artikoli msemmija jistghu wkoll jigu invokati.

Dan necessarjament iwassal ghall-konkluzjoni li f'kazijiet ta' zwigijiet kontrattati qabel id-data msemmija, l-Qrati ghandhom fl-ewwel lok jezaminaw jekk dak iz-zwiegkienx validu skond il-ligi li kienet tapplika ghalih fiz-zmien meta sar, ghax jekk kien validu allura dak kollu li hemm fl-Att imsemmi ta' l-1975 ma jistax jolqot dik il-validita`. Huwa biss jekk dakiz-zwieg ma kienx hekk validu, li l-Att jista` jigi invokat pero' mhux altrimenti.

Il-kuncetttad-discretio judicii ma jirrikjediex maturita` shiha u perfetta fuq dak kollu li jirrikjedi z-zwieg, izda konoxxenza shiha ta' dak kollu li jkunu dehlin ghalih il-partijiet u cjoe` ghall-obbligi u d-drittijiet konjugali kemm fil-prezent kif ukoll fil-futur. Inoltre l-partijiet irid ikollhom dik il-maturita' affettiva u cjoe` dak kollu li ghandu x'jaqsam ma' l-emozjonijiet u s-sentimenti taghhomfil-konfront ta' xulxin. Jekk xi wahda minn dawn l-elementi hija b'xi mod nieqsa, allura hemm difetttad-diskrezzjoni tal-gudizzju kif rikjest mill-ligi.

Il-partijiet irid ikollhom dik il-maturita' li taghmilhom kapaci jirriflettu fuq l-obbligi, id-dmirijiet u r-responsabbiltajiet li ggib maghha il-hajja mizzewga u jkunu ghalhekk kapaci jerfghu u jwettqu l-istess matul il-hajja matrimonjalitaghhom.

Rigward x'inhuma l-obbligazzjonijiet essenzjali taz-zwieg, dawn huma dawk l-elementi li dejjem gew ritenuti bhala l-obbligazzjonijiet tal-hajja mizzewga u cjoe` dik ta' unjoni permanenti, esklussiva w irrevokabbli, diretta ghal komunjoni ta' hajja u l-prokreazzjoni u t-trobbija ta'l-ulied. Tant illi ghalhekk jekk xi wahda mill-partijiet ma jkollhiex il-kapacita' kollha biex tassumi dawn id-dmirijiet, iz-zwieg li jigi hekk kreat ma jistax ikun wiehed validu.

Il-ligi taghmel distinzjoni bejn is-simulazzjoni totali u dik parzjali tal-kunsens matrimonjali. Tezisti simulazjoni totali meta persuna teskludi z-zwieg fit-totalita' tieghu bhala ftehim bejn ragel u mara fejn jistabilixxu unjoni ghal hajjithom kollha bl-elementi kollha li tistabilixxi l-ligi ghall-kuntratt matrimonjali. Tezisti simulazzjoni parzjali meta persuna teskludi biss wahda jew aktar mill-elementi essenzjali rikjesti biex jigi stabbilit iz-zwieg bhal per ezempju, l-eskluzjoni tal-prokreazzjoni u trobbija ta' l-ulied, jew l-eskluzjoni ta' l-obbligu tal-fedelta` lejn il-parti l-ohra.

Ghalhekk biex wiehed jinvestiga l-validita' o meno tal-kunsens matrimonjali fil-kuntest tas-simulazzjoni, huwa necessarju illi l-volonta' tal-persuna li tkun tat dak il-kunsens tigi investigata. Il-ligi tistabbilixxi illi biex il-kunsens ikun gie simulat ma huwiex bizzejjed illi jkun hemm l-assenza tal-volonta' ghaz-zwieg, izda irid bil-fors ikun hemm l-eskluzjoni pozittiva. Dan ifisser illi l-persuna litkun qed taghti l-kunsens tissimula dak il-kunsens meta ikollha l-volonta` u x-xewqa li teskludi z-zwieg. Ma huwiex necessarju illi tali eskluzzjoni tigi manifestata esplicitament, izda jista` ikun illi mic-cirkostanzi kollha li isegwu tal-hajja matrimonjali jkun car illi l-kunsens matrimonjali jkun gie simulat.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni