Referenza: 2271/1998/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
17/01/2001
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
PACE RAYMOND C.
Partijiet
REGISTRATUR TAL-QRATI SUPERJURI vs CAMILLERI SILVIO PRO ET NOE
ECLI
N/A
Judgement Type
NOT AVAILABLE

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
DISPREZZ LEJN L-AWTORITA` TAL-QORTI, SOCJETA` KUMMERCJALI - SOCJETA` KUMMERCJALI, RESPONSABILITA` EX DELICTU
Fil-Qosor
Huwa minnu li entitajiet legali ma jistghux min-natura taghhom infushom jkunu responsabbli ghal delitti jew kwazi delitti, u ghalhekk il-kundanna kontra taghhom trid issir tramite l-persuna li ghandur-responsabilita` biex jagixxi ghan-nom taghhom. Dan huwa ntiz pero` proprju biex tigi evitata eccezzjoni f'dan is-sens u dana a skapitu ta' l-individwu li jkun soffra d-danni naxxenti minn dak id-delitt jew kwazi delitt ta' responsabilita` meta wiehed jasal ghall-kundanna, trid issir distinzjoni bejn dawk il-kazijiet fejn il-kundanna trid ta' bilfors tkun personali bhal ma hija fil-kamp penali udawk il-kazijiet fejn il-kundanna hija civili u fejn l-effetti taghha mhumiex distinti bl-ebda modmill-effetti naxxenti mill-kawzi l-ohra li permezz taghhom jigu krejati l-obbligi civili (cioe` l-kuntratti u l-kwazi kuntratti). Meta ghalhekk dan l-effett huwa identiku u jikkonverti ruhu fi hlas ta' somma ghad-danni, m'ghandux ikun hemm ebda distinzjoni bejn kundanna ghall-hlas ta' danni rizultanti minn kawza ta' obbligu kuntrattwali u dak rizultanti minn responsabilita` delittwali.

Il-principju hu ben stabilit li socjeta` kummercjali tista' tinstab responsabbli ghal delitt jew kwazidelitt u b'hekk tista' tinsab hatja ta' disprezz lejn l-awtorita` tal-Qorti.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni