Reference: 2292/1996/1

Judgement Details


Date
16/06/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
MIFSUD GEORGE ET vs VELLA RAYMOND ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
HAJT DIVIZORJU, TIEQA FI - META ZEWGT ITWIEQI JIGU KONVERTITI F`TIEQA WAHDA - SERVITU`, AGGRAVAMENT MINIMU - SERVITU`, AGGRAVAMENT TA` - SERVITU`, BENI SOVRAPPOSTI HUMA BENI VICINI - SERVITU`, TIEQA F`HAJT DIVIZORJU - META ZEWGT ITWIEQI JIGU KONVERTITI F`TIEQA WAHDA - SUPERFICIES SOLO CEDIT - SUPERFICIES SOLO CEDIT, PROPRJETA` TA` L-ARJA TA` BITHA INTERNA META GID JINQASAM F`SULARI DIFFERENTI
Summary
Jinsab ritenut fl-Artikolu 320 tal-Kodici Civili illi "l-proprjetarju ghandu l-jedd li jgawdi u jiddisponi minn hwejgu bil-mod l-aktar assolut; izda hu ma jistax jaghmel minn hwejgu uzu pprojbit mil-ligi." Hekk, per ezempju, jitqies kontra l-ligi li xi hadd mill-girien, minghajr il-kunsens ta' l-iehor, jaghmel twieqi jew aperturi ohra fil-hajt divizorju (Artikolu 425 tal-Kodici Civili). B'egwalmod, il-ligi tivvjeta kull aggravament ta' servitu` ezistenti (Artikolu 474 u Artikolu 475 tal-Kapitolu 16;

In forza ta' l-Artikolu 323 tal-Kodici Civili (presunzjoni dwar superficies solo cedit) is-sid ta` terran jitqies bhala proprjetarju tal-bitha l-proprjeta`, proprjetarju wkoll ta' l-ispazju ta' l-arja soprastanti;

L-Artikolu 425 tal-Kodici Civili jiddisponi li "Ebda wiehed mill-girien ma jista', minghajr il-kunsens ta' l-iehor, jaghmel twieqi jew aperturi ohra fil-hajt divizorju."

Ghall-applikazzjoni tal-precitat artikolu tal-ligi, beni sovrapposti wiehed ghall-iehorghandhom jigu konsiderati bhala beni vicini.

Jinghad fl-Artikolu 475 tal-Kodici Civili, illi"kull min ghandu jedd ta' servitu` ghandu jinqeda b'dan il-jedd skond it-titolu tieghu, u ma jista'jaghmel la fil-fond serventi u lanqas fil-fond dominanti ebda tibdil li jista' jtaqqal izjed il-piztal-fond serventi.";

Naturalment biex jigi stabbilit x'innovazzjonijiet huma tollerati wiehed irid fl-indagini jiehu in konsiderazzjoni l-effett tal-modifikazzjonijiet fir-rigward tal-fond serventi. Primarjament, il-materja hi wahda ta' apprezzament ta' fatt;

Il-fatt li minn zewgt itwieqi saret tieqa wahda ma arreka l-ebda pregudizzju serju b'xi aggravement u l-ebda molestja gravilill-fond ta' l-atturi;

Anke jekk teknikament u skond ir-rigur tad-dritt jista' jinghad li biz-zieda ta' pied tul tal-pipe servjenti, giet okkupata, minghajr id-debitu permess, parti mill-ispazju tal-fond sottostanti, ma jistax, mehud ukoll qies ta' aspetti ta' tolleranza u esigenzi tal-bwonvicinat, iwassal ghas-sanzjoni drastika tar-rimozzjoni kontemplata mill-perit relatur. Tali zieda minimali ma tistax titqies infrazzjoni talment gravi u skomda li ggib effett negattiv fuq id-dritt tal-proprjeta` ta' l-ispazju vantat mill-atturi.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info