Referenza: 1507/2000/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
02/06/2003
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Ġudikatura
SCIBERRAS PHILIP
Partijiet
LAPIRA MARIO vs C & A COMPANY LIMITED
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
PRESKRIZZJONI, CONTRA NON VALENTEM AGERE NON CURRIT PRESCRIPTIO - PRESKRIZZJONI, INKOMPATIBILITA` MAL-ECCEZZJONI TAL-KOMPENSAZZJONI - PRESKRIZZJONI, INTERRUZZJONI TA` - PRESKRIZZJONI, KOMPATIBBLI MAL-ECCEZZJONI TAL-PAGAMENT - PRESKRIZZJONI, LIEMA ATTI JAMMONTAW GHAL RINUNZJA JEW INTERRUZZJONI TAL-PRESKRIZZJONI - PRESKRIZZJONI, MINN META JIBDA JIDDEKORRI Z-ZMIEN - PRESKRIZZJONI, RINUNZJA GHAL
Fil-Qosor
Il-ligi taghna b'disposizzjoni espressa tiddisponi bhala regola generali illi l-preskrizzjoni ta' azzjoni tibda tghaddi mill-gurnata li fiha l-azzjoni tista' tigi ezercitata (Art 2137 tal-Kodici Civili). L-osservazzjoni ta' din ir-regola hi wahda bazika, tant li jinsab insenjat illi l-impossibilita` li wiehed jagixxi trid tkun impossibilita` indipendenti mill-volonta` tieghu, dovuta ghal kawza estranea, li huwa ma setax jirrimwuovi.

Naturalment jezistu sitwazzjonijiet fejn il-preskrizzjoni eccepita tista' titqies rinunzjata jekk per ezempju, d-debitur b'att tieghu spontaneu ta' assunzjoni ta' certu sistema ta' difiza jpoggi ruhu fi stat ta' fatt li jirrendi inkompatibbli l-posizzjoniguridika tieghu mal-presunzjoni kostitwenti l-fondament tal-preskrizzjoni. Tali hu l-kaz fejn id-debitur oltre l-preskrizzjoni jeccepixxi wkoll il-kompensazzjoni.

L-eccezzjoni tal-pagament, moghtija ukoll f'dan il-kaz, mhiex wahda minn dawn ta' inkompatibilita`.

Minn naha l-ohra jinsab ukoll ritenut illi l-pagament akkont tad-debitu jikkostitwixxi rikonjizzjoni tad-dejn u allura att minnu nnifsu interruttiv.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni