Reference: 2738/1999/1

Judgement Details


Date
29/05/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
PACE RAYMOND C.
Parties
AGIUS MARIA DOLORES vs AGIUS JOSEPH
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
MANTENIMENT, OBBLIGU TAL-HLAS TA` - MANTENIMENT, PRINCIPJI REGOLATURI - MANTENIMENT, RILEVANZA TA` ADULTERJU - MANTENIMENT, TALBA PERMEZZ TA` AZZJONI AD HOC
Summary
Skond l-artikolu 20 tal-Kap. 16 :-

"(1) Il-manteniment ghandu jinghata skond il-bzonn ta' minjitolbu u l-mezzi ta' min ghandu jaghtih.

(2) Fl-istharrig sabiex jinsab jekk min jitlob il-manteniment jistax jaqalghu xort'ohra, ghandu jittiehed qies ukoll tal-hila tieghu fl-ezercizzju ta'xi professjoni, arti jew sengha.

(3) Meta jitqiesu l-mezzi ta' min hu obbligat ghall-manteniment, ghandu jinghad biss il-qliegh tieghu mix-xoghol tal-professjoni, arti jew sengha, is-salarju jew il-pensjoni tieghu moghtija mill-Gvern jew minn haddiehor, u ta' l-utili tal-beni, sew mobbli kemm immobbli.

(4) Ma jitqiesx li ghandu mezzi bizzejjed biex jaghti l-manteniment min ma jistaxjaghtih hlief billi jilqa' f'daru l-persuna li titlob dak il-manteniment, jekk din il-persuna ma tkunx axxendent jew dixxendent.

(5) Meta jitqiesu l-mezzi ta' min jitlob il-manteniment, ghandujittiehed ukoll ta' kemm jiswew il-beni tieghu mobbli jew immobbli."

Skond id-dispozizzjonijiet relattivi tal-Kodici Civili jirrizulta li wahda mill-obbligi tal-mizzewgin huwa li skond l-artikolu 3 jmantnu lill xulxin, u abbazi ta' dan l-obbligu u allura dritt reciproku, l-artikolu 5 jiddisponi li dment li l-istess ragel u mara jistghu jiehdu l-manteniment minghand xulxin, ma jistghux jirrivertu t-talbiet taghhom lejn uliedhom, dixxendenti jew axxendenti.

Dan id-dritt ta' manteniment bejn il-konjugi jista' jintilef biss fil-kaz kontemplat fl-artikolu 6 tal-Kap 16 fl-eventwalita'li wahda mill-konjugi titlaq mid-dar taz-zwieg u bla raguni valida ma' tkunx trid tirritorna d-dar,jew fuq decizjoni tal-Qorti f'kawza ta' separazzjoni konsegwenti ghad-dispozizzjonijiet tal-artikolu 48 (1) (d) tal-Kap 16.

Id-dispozizzjonijiet tal-artikolu 48 biex dawn jigu applikati jrid ikun hemm pronunzjament inter alia dwar l-artikolu 38 u 41 tal-Kap 16, u artikoli ohra bhal l-artikolu 40 b'applikazzjoni tal-artikoli 51 u 52 li kollha jirreferu ghar-responsabilita' tal-kunjugi li taghti adittu ghall-dikjarjazzjoni ta' firda personali, u din tista' tigi kontemplata biss f'kawza ta'separazzjoni.

Fl-istadju ta' qabel il-pronunzjament ta' separazzjoni bejn il-partijiet b'modgudizzjarju, id-drittt ta' tal-mara li tesigi l-manteniment minghand zewgha jekk il-kundizzjonijiethekk jikkonkorru certament jezisti u dan sakemm ma jkunx hemm pronunzjament abbazi tal-artikolu 48tal-Kap 16 jew rinunzja da parte tal-attrici.

Il-prezunzjoni tal-onesta' tal-mara matippermettiex li jsiru provi simili f'kawza ta' alimenti, imma jistghu jsiru f'kawza ta' separazzjoni li r-ragel jekk jidhirlu li ghandu dritt jista' jaghmel kontra l-mara.

Il-mara ma titlifx id-dritt ghall-manteniment f'kawza ta' separazzjoni personali hija ghandha d-dritt tifittex ir-ragel ghall-manteniment. L-istess japplika ghar-ragel li jrid jitlob alimenti minghand il-mara tieghu.

Ir-ragel ma jistax jivvantaggja ruhhu u jpoggi lilu nnifsu f'pozizzjoni ahjar (u jippeggjora dik tal-attrici) billi mill-pozizzjoni ta' konvenut f'kawza ghall-alimenti biex jittrincera ruhu wara l-allegazzjoni tal-adulterjuru . minghajr ma jigi 'l quddiem bl-azzjoni ta' separazzjoni.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info