Reference: 2/2002

Judgement Details


Date
12/05/2003
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
ID-DIRETTUR TAS-SICURTA' SOCJALI vs CACHIA EMANUEL
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
APPELL, INVERZJONI TA` L-OCCHIO - APPELL, ZBALL FL-OCCHIO - ATT DWAR IS-SIGURTA` SOCJALI, ONERU TAL-PROVA
Summary
'Stricto jure' fir-rikors tal-appell l-okkju tal-appell kellu jsegwi l-okkju tad-decizjoni tas-sentenza appellata.

Fost il-partikolaritajiet essenzjali li ghandu jkun fih ir-rikors ghat-thassirtas-sentenza wiehed isib, b'applikazzjoni tal-Artikolu 143 tal-Kodici ta' Organizazzjoni u Procedura Civili, illi ghandu jkun fih riferenza ghat-talba u ghas-sentenza li tkun qeghda tigi appellata, flimkien ma' ragunijiet dettaljati li ghalihom ikun qed isir l-appell.

Dwar nuqqasijiet fl-okkju ma jinghad xejn f'dawn il-partikolarijiet u dawk l-ohra traccjati fis-subincizi tal-precitat artikolu. Mhux hekk biss pero`. Fis-subinciz (5) il-ligi tipprovdi li n-nuqqas ta' tharis ta' dak lihu mehtieg bhala partikolaritajiet ma jirrendix null ir-rikors tal-appell, in kwantu f'kull kaz, il-Qorti tista' tordna b'digriet lill-appellant biex, zmien jumejn, jipprezenta nota li jkun fiha l-partikolaritajiet mehtiega mil-ligi, u li ma jkunux ingiebu regolarment fir-rikors.

Dippju in forza ta' l-Artikolu 175 (2) tal-Kap 12, il-Qorti ta' l-Appell ghandha l-fakolta` tordna jew tippermetti li jissewwa kull zball fir-rikors f'kull zmien mis-sentenza.

Fil-kuntest ta' proceduri taht l-Att dwar is-Sigurta` Socjali:

1. L-oneru tal-prova kien fuq l-applikant Prova li kellhatkun tali li tissodisfa lid-Direttur tas-Sigurta` Socjali li naturalment kellu wkoll ikun ragjonevoli fl-apprezzament tal-provi prodotti. Certament, pero`, kellu kull dritt jesigi prova adegwata, serja u attendibbli.

2. Id-Direttur ghalhekk kellu jkun l-ewwel arbitru li japprezza dik il-prova u jiddeciedi dwarha. Il-posizzjoni korretta allura kienet illi jekk l-applikant effettivament jipproduci dik il-prova rikjesta sal-grad li kellha ragjonevolment tikkonvinci lil min kellu jiddeciedi, d-Direttur ma kellu l-ebda diskrezzjoni li jichad it-talba.

3. L-ezercizzju tal-poteri minnDirettur kienu sindakabbli sal-punt li seta' jigi mistharreg gudizzjarjament mill-Arbitru f'dawk il-kazijiet fejn jigi provat illi d-decizjoni tad-Direttur tkun wahda azzardata u irragjonevoli mhux bazata fuq provi, jew fejn jirrizulta illi l-applikant ma kienx inghata l-opportunita` li sewwa jipprova l-pretensjoni tieghu.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info