Reference: 562/1999/1

Judgement Details


Date
12/05/2003
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
MUSCAT BIAGIO vs FALZON ANTHONY
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
APPALT, DOVERI TAL-APPALTATUR - DANNI, ELEMENTI TAL-CULPA AQUILIANA - DANNI, EX DELICTO VEL QUASI DELICTO - KUNTRATT, KLAWSOLA TA` EZONERU
Summary
Il-Kodici taghna ma jipprovdi l-ebda definizzjoni tal-"kolpa". B'danakollu ma jonqosx milli jippreciza li "jitqies fi htija kull min fl-eghmil tieghu ma juzax il-prudenza, d-diligenza, u l-hsieb ta'missier tajjeb tal-familja" (Art 1032 (1), Kodici Civili). Dan ragjonevolment ifisser illi wiehed jehtieg jikkollega l-att kolpuz minhabba imprudenza jew nuqqas ta' diligenza mar-rekwizit tal-prevedibilita` ta' l-event dannuz. "Prevedibilita` din li trid tkun ta' probabilitajiet ragjonevoli u mhuxta' possibilitajiet remotissimi u inverosimili".

Huwa pacifikament affermat illi qabel ma jindahal ghal bicca xoghol, kuntrattur ghandu jkollu l-kapacita` teknika mehtiega. L-appaltatur ghandul-obbligu li jezegwixxi sew l-inkarigu moghti lilu, skond id-dettami tas-sengha u jrid alemnu jippresta kapacita` ordinarja.

Il-kuntrattur ghandu jiggarantixxi l-bonta` tax-xoghol tieghu u jekkjaghmel ix-xoghol hazin lanqas ma huwa eskluz mir-responsabilita` minhabba l-fatt li hu jkun qaghadghal dak li ried il-kommittent, u jibqa' responsabbli l-istess jekk qabel ma beda x-xoghol kien jista' jkun jaf li fil-materja li fuqha kien ser jahdem kien hemm xi mankament, u li kwindi x-xoghol kien inutili.

L-appaltatur m'ghandux jaccetta xoghol li hu jhoss illi huma pregudizzjevoli ghas-solidita` u kontrarji ghar-regoli tas-sengha.

Il-kolpa, fil-kaz ta' fatt dannuz li minnu torigina l-azzjoni akwiljana, tavvera ruhha filli wiehed jaghmel att volontarjament, u jonqos li jipprevedi l-effett dannuz ta' dak il-fatt, meta seta jipprevedi dak l-effett. Meta l-att li kkaguna d-danni kien jikkonsisti fil-manegg ta' haga perikoluza, ir-responsabilita` ta' min jaghmel dak l-att hija assoluta. Mhiex difiza tajba kontra din ir-responsabilita` l-allegazzjoni illi min ghamel l-att ligieb d-danni kien ilu jaghmlu zmien twil u qatt ma nqala' xejn, u li ghalhekk min ghamel dak l-attma setghax jissupponi, li fil-kaz partikolari kien ser jinqala' dak li nqala.

Ghalkemm hu rikonoxxut illi patt ta' ezoneru hu validu u ammissibbli, b'danakollu tali patt ma jezentax jekk fl-ezekuzzjoni tal-kuntratt wiehed ikun tbieghed mill-mod kif suppost li kellu jesegwih.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info