Referenza: 574/2001/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
29/04/2003
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
CUSCHIERI NOEL
Partijiet
CASSAR GEORGE ET vs FORACE CARMEN ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
DIVIZJONI, KOMODAMENT DIVIZIBBLI - DEPREZZAMENT
Fil-Qosor
Hemm gurisprudenza li tghid illi f'kawza ta' divizjoni il-Qorti trid thares lejn il-proprjeta' fl-epoka meta tigi radikata t-talba ghal-licitazzjoni; izda dan l-principju m' ghandux jigi interpretatu applikat fis-sens li l-gudikant ghandhu jhares biss lejn il-bini bhala gebel u saqaf ut sic, u majkkonsidera xejn aktar, minghajr ma jghati konsiderazzjoni ghall-fatturi ohrajn li necessarjament jiddeterminaw il-valur ekonomiku tieghu, anki fl-epoka meta tigi radikata t-talba.

Fost dawnil-fatturi wiehed jista' jsemmi l-post u l-lokalita' fejn il-fond huwa sitwat, kif ukoll jekk il-fond huwiex f' zona ta' kummerc jew f' zona purament residenzjali.

Tnaqqis konsiderevoli fil-valur tal-fond fil-kaz tal-qsim jirrendih wiehed li mhux komodament divizibbli skond il-ligi. Ma jistax jinghad li tali qasma tista' ssir "bla xkiel u hsara" ghall-fond, meta il-valur tal-fond, li huwa element determinanti f' dan l-esercizju, ser jitnqqas konsiderevolment.

Il-fond ma jistaxjigi "komodament" divizibbli u minghajr diskapitu cioe' "minghajr pregudizzju tal-interessi tal-kondividenti Ikun hemm anki diskapitu meta l-fond bid-divizjoni materjali jigi deprezzat fil-valur ekonomiku tieghu Huwa necessarju wkoll illi d-divizjoni materjali ma tkunx tista' ssir komodament cioe'facilment, minghajr inkonvenjent gravi; ghaliex mhux necessarja l-impossibilita' ta' divizjoni innatura; ghaliex kieku kien hekk kwalunkwe post jista' jigi diviz, salvi l-kazijiet ta' l-impossibilita' assoluta minhabba l-konformazzjoni jew estenzjoni tal-post."

Ghandu jigi kunsidrat l-istat attwali tal-pajjiz; precisament ghaliex id-disposizzjonijiet tal-ligi ma humiex statici, imma progressivi u ghandhom mill-gudikant jigu interpretati skond il-progress, l-evoluzzjonijiet, il-bzonnijiet u l-emergenza li fiha l-kommunita' tkun qeda ssib ruhha". Fiz-zmienijiet tal-lum il-mod kifil-membri tas-socjeta' jharsu lejn il-proprjeta' huwa ferm differenti mill-mod kif kienu jharsu lejhfil-passat. Illum fattur primarju li jittiehed in konsiderazzjoni fil-valutazzjoni tal-proprjeta'huwa l-potenzjal taghha, konsidrati l-fatturi gia indikati minn din il-Qorti.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni