Reference: 753/1996/1

Judgement Details


Date
28/03/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
BORG PAUL ET vs ABELA JOHN
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
AZZJONI, PERSONALI - AZZJONI, REALI - DRITTIJIET, DRITT PERSONALI - DRITTIJIET, DRITT REALI - ENFITEWSI, AZZJONI GHAD-DEVOLUZZJONI TIKKOMPETI LIL KULL WIEHED MID-DIRETTARJI - ENFITEWSI, AZZJONI GHALL-HLAS TA` ARRETRATI TA` CENS HIJA TA` NATURA PERSONALI - ENFITEWSI, AZZJONI PERSONALI U AZZJONI REALI - ENFITEWSI, DISKREZZJONI TAL-QORTI FL-GHOTI TA` ZMIEN GHALL-PURGAZZJONI TAL-MORA - ENFITEWSI, MOROZITA` FIL-HLAS TAC-CENS - ENFITEWSI, RELAZZJONI GURIDIKA BEJN ID-DIRETTARJU U UTILISTA GDID - KONDIZZJONI RISOLUTTIVA, ESPRESSA - KUNTRATT, PURGAZZJONI TAL-MORA
Summary
Mill-kuntratt ta' enfitewsi jitwieldu zewg azzjonijiet - dik personali ghall-hlas tac-cens u ghall-adempiment ta' l-obbligi l-hra naxxenti mill-kuntratt; u dik reali jew mista ghat-thassir ta' l-enfitewsi fil-kaz ta' inadempiment.

Meta hemm aktar minn direttarju wiehed jew aktar minn werrietwiehed tad-direttarju, kull wiehed mill-eredi tad-direttarju ghandu d-dritt jesperixxi l-azzjoni tad-devoluzzjoni tal-fond ghall-intier.

Biex il-patt jinghad espress dak li jkun ried jigi stipulat espressament mhux biss l-obbligu ghall-ghoti jew ghemil ta' xi haga izda r-rizoluzzjoni ta', jewdekadenza, tal-kuntratt jekk dak l-obbligu ma jigix adempit

Meta l-patt hu stipulat il-Qortima tistax tuza mill-fakolta` li ghandha li takkorda lid-debitur zmien ragjonevoli biex jippurga l-mora

Fil-kaz tal-patt kommissorju tacitu, ghal liema jghodd l-Artikolu 1499 (3), jinghad b'applikazzjoni ta' l-Artikolu 1519(2) illi fil-kaz ta' morozita fil-hlas tac-cens (Artikolu 1517) jew fil-kaz ta' tgharriq tal-fond (Artikolu 1518) il-Qorti tista' taghti lill-konvenut zmien moderat skondic-cirkostanzi ghal hlas tac-cnus maghluqa jew ghat-tiswijiet mehtiega. Anke hawn pero` kien hemmfejn gie ritenut illi la darba l-ligi tghid "tista' taghti" ma kellux jigi mfisser ukoll li kienet obbligata. Dan ghaliex jekk taghtix jew le dan iz-zmien moderat il-ligi thalliha espressament fid-diskrezzjoni tal-Qorti.

Naturalment fil-kaz il-wiehed jew l-iehor ta' dekadenza l-kundanna tal-konvenut li jirretrocedi u jirrilaxxja l-benefikati ggib mad-devoluzzjoni l-obbligu fil-padrun dirett li jhallas lic-censwalist il-prezz tal-miljoramenti, skond kemm ikun il-valur taghhom fiz-zmien tad-devoluzzjoni, sas-somma li l-fond ikun f'dak iz-zmien sar jiswa' izjed minhabba dawk il-miljoramenti, u skond iz-zmien li jkun fadal ghat-tmiem ta' l-enfitewsi. Dan kif sancit fl-Artikolu 1523 li apropozitu jirreferi expressis ghal kaz tal-morozita fil-pagamenti tac-cens.

Huwa biss in kontestazzjoni tal-attwal possessuri tal-fond li huma il-vera, biex ma jinghadx l-unici, interessati fit-talba ghall-hll ta' l-enfitewsi u l-konsegwenti devoluzzjoni tal-fond lill-padrun dirett, li jkunujistghu konvenjentement u ezawrjentement jigu diskussi t-titoli ta' l-atturi ghar-restituzzjoni ta'l-immobbli, u r-ragunijiet tal-possessuri in opposizzjoni ghad-devoluzzjoni mitluba.

Ir-relazzjoni guridika bejn id-direttarju u l-utilista tinholoq ex lege appena l-akkwirent ikun akkwista l-utile dominju minghand l-enfitewta. L-Artikolu 1509 fil-fatt jipprospetta jew il-kaz ta' relazzjoniguridika diretta konsegwenzjali ghall-gharfien tas-sub-utilista mid-direttarju jew alternattivamentil-holqien ta' relazzjoni guridika indiretta naxxenti mill-obbligu ta' l-akkwirent favur id-direttarju li hu wkoll jaghmel tajjeb ghal hlas tac-cens personalment ghaz-zmien li jaghlaq waqt li l-fondikun fil-pussess tieghu kif ukoll ghat-tiswija tal-hsarat kollha fl-istess zmien.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info