Reference: 2593/2000/1

Judgement Details


Date
27/02/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
PACE RAYMOND C.
Parties
CASHA GIOVANNA ANTIDA PRO ET NOE vs CASHA ANTHONY
ECLI
N/A
Judgement Type
PARTIAL SENTENCE

Keywords / Summary


Keywords
DEZERZJONI, APPLIKAZZJONI GHALL-PROCEDURI MIBDIJA B`CITAZZJONI - DEZERZJONI, BAZI TAL-ISTITUT TA` - DEZERZJONI, KAWZA GHANDHA TITQIEGHED FUQ IL-LISTA TAL-KAWZI SOSPIZI SABIEX EVENTWALMENT ISSEHH ID-DEZERZJONI
Summary
Li l-eccezzjoni ta' dezerzjoni ma hijiex ta' ordni pubbliku ghaliex tista' tigi rinunzjata kif rifless fl-artikolu 732 (2) tal-Kap 16 tant li jekk ma tinghatax bhala eccezzjoni qabel kull eccezzjoni perentorja mela allura tittiehed bhala li l-konvenut rrinunzja ghall-istess.

It-terminu ta' xahar imsemmi fl-artikolu 963 (3) tal-Kap 16 ghandu jitqies oltre l-perjodu ta' sitt (6) xhur imsemmifis-sub-artikolu (1) tal-artikolu 963.

Kawza quddiem l-ewwel grad li l-proceduri bil-miktubfiha ma jkunux inghalqu fi zmien sitt xhur ma titqiesx dezerta malli jghaddu sitt xhur, izda titqieghed fuq il-lista tal-kawzi differiti sine die jew sospizi, u jkun wara li jghaddi aktar zmien imfisser fl-artikolu 964 u 965 li titqies dezerta.

Ghal zmien twil, id-dispozizzjonijiet tal-ligi gew imfissra u applikati b'mod iebes u intransigenti ghall-ahhar u dan bil-hsieb li jigi mhares in-nuqqas ta' dewmien mhux mehtieg fil-kawzi. Min-naha l-ohra jidher li huwa daqstant xieraq u misthoqq li l-ligi tassikura li s-sanzjonijiet mahsuba fl-istitut tad-dezerzjoni ma jintefghux fuq il-parti litonqos li twettaq il-parti taghha fiz-zmien stabbilit minkejja r-rieda taghha, jew jekk turi li trid tuza' l-hila kollha taghha biex tilhaq lill-parti l-ohra, jew fejn il-parti l-ohra tirrinunzja ghall-eccezzjoni.

Huwa car li l-principju li ghandu janima lill-gudikant, huwa dejjem dak ritenut mill-Qrati taghna illi tali istitut ta' dezerzjoni huwa ntenzjonat biss sabiex jippenalizza min ikun abbuza mill-proceduri quddiem il-Qorti, billi ma jimxix bil-ghaqal u jaghmel dak li ghandu jaghmel f'hin ragonevoli, izda certament ma sarx sabiex jorbot idejn il-Qorti fl-appuntamenti tal-kawza, ulanqas sabiex jippenalizza lill-attur jew appellant, minhabba l-htigijiet amministrattivi tal-Qorti. Illi ghalhekk f'kaz li l-ordni tal-Qorti ghall-appuntament tal-kawza, isir wara l-perjodu ta' sittxhur mid-data meta tkun prezentata c-citazzjoni, dan ma ghandu jkun ta' ebda hsara lill-attur, li certament ma kellu ebda ghazla fuq il-jum meta tinghata dik l-ordni. Kull argument iehor ikun negazzjoni tad-drittijiet elementari tal-gustizzja.

Kawza quddiem Qorti ta' l-ewwel grad li l-proceduri bil-miktub ma jigux maghluqa fiz-zmien perentorju msemmi fis-subartikolu (1) ta' l-artikolu 963,titqies bhala (i) kawza li tkun tqieghdet fuq il-lista' ta' kawzi ghas-smiegh, u (ii) bhala kawza li tkun, b'ordni tal-Qorti, thalliet sine die. Sa hawnhekk biss twassal l-espressjoni "shall . be deemed to be".

Il-legislatur kjarament ried li jkun hemm il-pubblicita` tal-lista msemmija fis-subartikoli (1), (2) u (3) ta' l-Artikolu 964 (bil-"pubblikazzjoni" ta' l-istess lista) qabel ma jkun hemm is-sanzjoni tad-dezerzjoni. Huwa veru li fil-prattika jista' jkun hemm certu diffikultajiet ghar-registratur sabiex isegwi l-kawzi kollha; pero` fil-verita` anqas kien obbligat li jsegwi l-kawzi. Dak li jrid jsir huwa li, jekk il-Prim' Awla ma thallix l-kawza sine die kif appena tintebahbit-trapass tas-sitt xhur, izda ghall-anqas tigbed l-attenzjoni tar-registratur ghal dak li jipprovdi l-artikolu 963(5)(a) imsemmi, u r-registratur kien ikun, f'dak il-kaz, obbligat li jimxi skond il-ligi billi jsemmi l-kawza fil-"Lista tal-kawzi sospizi fil-Qorti.".

Jekk ma ssirx il-pubblikazzjoni mehtiega skond l-Artikolu 964(1) tal-Kap. 12, ma jistax jinghad li l-kawza marret dezerta.

Dezerzjoni, applikazzjoni ghall-proceduri mibdija b`citazzjoni
Dezerzjoni, bazi tal-istitutta`
Dezerzjoni, kawza ghandha titqieghed fuq il-lista tal-kawzi sospizi sabiex eventwalment issehh id-dezerzjoni




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info