Referenza: 509/1998/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
31/01/2003
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
SCIBERRAS PHILIP
Partijiet
CACHIA JOAN vs SCHEMBRI MARIANNA
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ACTIO NEGATORJA, FUQ MIN JAQA` L-PIZ TAL-PROVA - ACTIO NEGATORJA, LIL MIN TIKKOMPETI - HAJT DIVIZORJU, TIEQA FI - SERVITU`, TIEQA F`HAJT DIVIZORJU - KIF TIGI AKKWISTATA
Fil-Qosor
L-azzjoni negatorja hija bazata fuq il-presuppost tal-liberta` tal-fondi immobbli u li l-effett taghha huw ali tezonera lill-attur minn kull prova, u tpoggi fuq il-konvenut l-oneru li jipprova l-validita` tas-servitu` vantata.

Azzjoni bhal din tmiss biss lil min hu proprjetarju u kwindi, kiffuq manifest, kull ma ghandu bzonn jaghmel l-attur hu dak li jipprova l-proprjeta` fuq il-fond tieghu (u mhux fuq dak ta' haddiehor) u li dan l-istess fond hu mehlus minn kull molestja ta' servitu` da parti tal-konvenut.

Il-Kodici Civili jiddistingwi bejn id-diversi kategoriji ta' servitujiet. L-Artiklu 455(1) jghid li dawn huma kontinwi jew mhux kontinwi, li jidhru jew li ma jidhrux. Din id-distinzjoni hi ta' somma importanza rigward il-mod kif jistghu jigu akkwistati d-diversi servitujiet.

Huwa indiskuss illi l-apertura ta' tieqa f'hajt divizorju hi kostituzzjoni ta' servitu`. Servitu` li titqies "kontinwa" u "li tidher". U allura ghall-ezistenza taghha trid tigi kostitwita b'xi wahda mill-modi dettati mill-Artikolu 457, jigifieri:- (a) bis-sahha ta' titolu; (b) bil-preskrizzjoni, jekk il-fond li fuqu tigi ezercitata jista' jinkiseb bil-preskrizzjoni; u (c) bid-destinazzjoni ta' sid ta' zewg fondi.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni