Referenza: 220/2002/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
11/12/2002
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
DE GAETANO VINCENT, CAMILLERI JOSEPH D., FILLETTI JOSEPH A.
Partijiet
CALLEJA SANDRA vs CALLEJA MARK
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
DIGRIET SEKOND` AWLA, EZEKUZZJONI TA`
Fil-Qosor
Il-legislatur pogga d-digrieti tas-Sekond' Awla fuq livell specjali. In fatti, gie attribwit lil dan id-digriet, is-sahha u l-valur daqs li kieku kien "sentenza" li tinghata f'kawza fil-kontenzjuz.Dan id-digriet ghalhekk isir esegwibbli mill-Qorti ta' gurisdizzjoni kontenzjuza li quddiemha tista'tingieb jew tkun pendenti kawza ghal separazzjoni personali wara erbgha u ghoxrin siegha mill-ghotitieghu u dana bl-istess mod kif jigu esegwiti titoli ezekuttivi.

Dan it-titolu ezekuttiv mhux kolpit bid-dispost ta` l-artikolu 256(2) tal-Kap. 12 li jissospendi l-ezekutorjeta` ta` certi titoli ezekuttivi sa zmien jumejn ghall-inqas minn notifika ta` sejha ghall-hlas maghmula b`att gudizzjarju.

Ordni ghall-fini ta' zgumbrament tammonta ghall-ezercizzju jew prestazzjoni ta' fatt u mhux ta' hlas (li, invece, tammonta ghal obbligazzjoni "di dare"). Id-distinzjoni bejniethom giet ribadita diversi drabi fi proceduri dwar mandati "in factum" li jistghu jinhargu biss in konnessjoni ma obbligazzjonijiet "di fare" u ghalhekk gie ritenut li tali mandat ma jistax jinhareg in ezekuzzjoni ta` sentenza li tikkundanna lid-debitur ghall-hlas ta` somma ta` flus, izda biss in ezekuzzjoni ta` sentenza li tordna prestazzjoni ta` fatt.

Minn din id-distinzjoni mela ghandu jidher sufficjentement evidenti li l-ordni ta' zgumbrament m'ghandha l-ebda konnessjoni ma xi obbligazzjoni ta' hlas (wahda "di dare") u l-ebda tigbid jew ginnastika legali, ma jista' jibdel dan kollu. Ghalhekk mahemm l-ebda bzonn li mandat in ezekuzzjoni ta` tali titolu ezekuttiv jigi precedut b`talba ghall-hlas.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni