Reference: 5/1994/1

Judgement Details


Date
25/10/2002
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
FILLETTI JOSEPH A.
Parties
GRECH GEORGINA vs MELI EDWIN NOE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
KERA; BDIL FID-DESTINAZZJONI TAL-FOND
Summary
Ir-rikorrenti appellanti ressqet tlett aggravji kontra s-sentenza moghtija mill-Bord li Jirregola l-Kera ghall-gzejjer ta' Ghawdex u Kemmuna fl-4 ta' Ottubru 2000, igifieri li:
(i) il-Bord ghamelapprezzament skorrett tal-provi prodotta u dan riferibbilment ghar-rikors promotorju;
(ii) il-provi dwar in-natura tan-negozju operat mill-fond de quo gew apprezzati b'mod skorrett mill-Bord;
(iii) l-intimata qatt ma cahdet li effettivament kien hemm cessjoni jew sullokazzjoni u dan il-puntma giex debitament apprezzat mill-Bord fis-sentenza moghtija minnu.

Din il-Qorti tosserva lihija prassi ormai ben stabbilita ta' din il-Qorti tal-Appell li in mankanza ta' raguni gravi hija matiddisturba qatt b'mod legger dak l-apprezzament u dik l-evalwazzjoni tal-provi prodotti maghmulinmill-Qorti tal-ewwel grad (f'dan il-kaz Tribunal specjali) li quddiemha jkunu nstemghu l-istess provi. Dana maghdud, din il-Qorti hija dejjem fid-dmir li tezamina mill-gdid l-istess provi - u dan naturalment fid-dawl tas-sottomissjonijiet li jkunu sarulha minn entrambi l-partijiet kontendenti.

Fl-ewwel aggravju tal-appellanti gie sottomess li dak illi l-Bord proprjament kellu jiddeciedi kienx in-negozju kollu mmexxi fil-hanut de quo kienx in realta' n-negozju tas-socjeta' appellata jew dik tal-familja Saliba.

Skont dak li gie kkostatat u finalment deciz mill-Bord, mill-provi prodotti kien jirrizultalu li f'dan il-kaz in ezami kienet avverat ruhha akkwiexxenza kompleta da parti tas-sid u allura kien isegwi li mhijiex izjed attendibbli jew possibbli t-talba ghall-fini ta' ripreza. Stabbilit dan il-punt, ma jistax jigi allura argumentat min-naha tas-sid li kien hemm sullokazzjoni illecita. Darba li s-sid accettat il-kera regolarment mis-subinkwilin, il-kirja ghaddiet favur it-terz. Ghalhekk dan l-aggravju mhux wiehed fondat.

Dwar it-tieni aggravju, l-appellantitissottometti li “dak li beda bhala hanut ghall-bejgh ta' makni tal-hjata fi ftit snin gie ttrasformat ghal negozju tal-compjuters..” Din il-Qorti tosserva li ma hemm ebda kawzali ta' bdil fid-destinazzjoni tal-fond u ghalhekk ukoll dana l-aggravju qieghed jigi michud.

Fit-tielet aggravju, l-appellanti terga' tillanja mill-fatt li l-Bord kien messu ddecieda l-kawza fuq il-punt li l-istessinkwilini ma cahdux li saret u sehhet sullokazzjoni tal-fond lokat u li ma kienx tabilhaqq jirrizulta li s-sid kienet edotta b'tali stat ta' fatt.

Din il-Qorti jidhrilha li dak li gie finalmentritenut mill-Bord kien legalment korrett. Li jidher li gara hu li l-appellanti baqghet tissuspettali s-sullokazzjoni li dwarha kienet giet informata ma kenitx wahda regolari imma fl-istess waqt baqghet tircievi l-kera xorta wahda bla ma hadet passi gudizzjarji. Ghalhekk, dan l-ahhar aggravju qieghed jigi respint.

Ghaldaqstant, din l-Onorabbli Qorti tal-Appell tiddeciedi billi, filwaqt li tikkonferma s-sentenza appellata kif moghtija mill-Bord li Jirregola l-Kera ghall-Gzejjer ta' Ghawdex u Kemmuna, tichad l-appell tar-rikorrenti, bl-ispejjez taz-zwieg istanzi kontra taghha.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info