Referenza: Volum 68 (1984), Parti Nru. 2, Taqsima , Paġna 75

Dettalji tas-Sentenza


Data
16/01/1984
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
SCHEMBRI CARMELO, AGIUS CARMEL A., HARDING HUGH
Partijiet
PAOLO BUHAGIAR vs ALFRED SIVE FREDDIE GRUPPETT
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
GARANZIJA GHALL-ISPEJJEZ TA' L-APPELL - HABTA - IMPJEGAT TAL-GVERN
Fil-Qosor
Din il-kawza hija dwar habta bejn vetturi misjuqa mill-kontendenti. IL-konvenut, impjegat bhala xufier mal-Gvern, tilef il-kawza u appela, izda ma ghamilx garanzija ghall-ispejjez ta' l-appell. Huwassottometta li tali granzija mhix mehtiega. L-artikolu 247 (1) tal-Kodici ta' Organizzazzjoni u Procedura Civili jistabbilixxi r-regola generali li ebda petizzjoni ta' l-appell ma ghandha tigi ricevuta jekk ma tkunx akkompanjata minn garanzija ghall-ispejjez ta' l-appell. Ghal din ir-regolal-ligistess, fl-artikolu 248, taghmel certi ezenzjonijiet, fosthom meta l-appell isir f'isem dipartimetntal-Gvern. Pero`, il-kaz prezenti ma jaqax taht dik l-ezenzjoni. L-azzjoni ta' l-attur appellat giet ezercitata kontra l-kovenut appellant personalment, ir-relazzjonijiet guridici ta' l-attur appellat huma mal-konvenut appellant personalment u jekk l-azzjoni jkollha ezitu favorevoli l-attur appellat ikun jista' jesegwixxi s-sentenza kontra l-konvenut appellant biss. Ic-cirkostanza li l-Gvern jiddefendi l-impjegati teighu tant li jipprovdilhom assistenzal egali u jhallas l-ispejjez ta' l-attigudizzjarji u c-cirkostanza li jonora s-sentenzi li jinghataw kontra taghhom ma jbiddilx il-posizzjoni legali ma jistax jinghad illi, minhabba dawk ic-cirkostanzi, l-appell sar f'isem dipartiment tal-Gvern. Mhux lecitu li l-kliem tal-ligi jigu estizi b'mod li jigu mahgmula jkopru ezenzjonijiet li hu car li ma jistghu jaqtghu tahtu.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni