Reference: Volume 68 (1984), Part No. 3, Section , Page 79

Judgement Details


Date
24/09/1984
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
BORG CARDONA STEPHEN
Parties
L-ECC. TIEGHU MONS. GIUSEPPE MERCIECA PRO ET NOE vs ONOR. PRIM MINISTRU ET
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ATIKOLI 38 (37), 41 (40), 46 (45) TAL-KOSTITUZZJONI - AVVIZI LEGALI 36, 37, 38, 47 U 48 TA' L-1983 - DISKRIMINAZZJONI - KONFISKA TA' PROPRJETA' - L-ATT X TA' L-1983 - LIBERTA' TA' KUXJENZA U TA' QIMA
Summary
Ir-restrizzjonijiet maghmula bl-Att X ta' l-1983 fuq l-entitajiet ekklesjastici jikkostitwixxi diskriminazzjoni kontra l-istess entitajiet. Ghalkemm il-Kostituzzjoni tipprovdi li l-Parlament jista' jistabbilixxi kriterji li fuqhom jithallas il-kumpens kif ghamel l-Att X ta' l-1983, hija ghandha d-dmir u d-dover li tindaga jekk dak il-kumpens huwiex xieraq u jissodisfax l-ghan u l-iskop ta' l-imsemmi Att 38 tal-Kostituzzjoni. Dwar il-proviso ghall-istess artikolu, il-Qorti qalet li l-kelma "izda" ma tfissirx li l-kumpens sejjer ikun anqas minn dak li kien ser jinghata li kieku ma kienx hemm il-proviso. Dan il-proviso jfisser biss li l-Parlament minflok ma jiffissa hu l-kumpens, jiddelega lill-Qorti biex taghmel hi l-kontijiet bi kriterji li jwasslu ghall-kumpens. Il-kelma "kumpens" fil-proviso ma tistax tfisser xejn hlief il-kumpens imsemmi aktar 'il fuq fl-istess artikolu u l-provisomhux qed jirreferi ghal xi kumpens differenti minn dak imsemmi fl-ewwel paragrafu ta' l-artikolu 38tal-Kostituzzjoni. Jidher li hawn ukoll saret diskriminazzjoni ma' l-entita' ekklesjastika billi kulhadd huwa liberu li jaghmel li jrid bil-proprjeta' lilu mhollija izda jekk l-entita' ekklesjastikama tkunx qed tuza dik il-proprjeta' ghall-ghan lilha mholli, din il-proprjeta' tigi nvestita fil-Gvern. L-Avvizi Legali 36 u 37 huma diskriminatorji u ghalhekk nulli ghaliex saru kumplimentari ghall-Att X ta' l-1983. Il-Qorti thoss li hu dover taghha li tara li kull Att tal-Parlament ma jmurx kontra l-Kostituzzjoni ghaliex kieku ma kienx hekk il-Parlament b'semplici maggoranza bil-frazi fl-interess nazzjonali inserita fl-Att, jevadi l-maggoranza rikjesta mill-Kostituzzjoni biex jghaddi dak l-istess Att, u jista' jinghad li l-Kostituzzjoni tigi ridotta ghal-ligi semplici.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info