Referenza: Volum 42E (1958), Parti Nru. 4, Taqsima , Paġna 1260

Dettalji tas-Sentenza


Data
15/02/1958
Qorti
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Ġudikatura
HARDING WILLIAM
Partijiet
IL-PULIZIJA vs JOSEPH CUMBO
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
APPELL - ART. 175 TAL-PROCEDURA CIVILI - ART. 591 TAL-KODICI KRIMINALI - ATTI GUDIZZJARJI - KORREZZJONI - RIKORS TAL-APPELL - ZBALL
Fil-Qosor
Zball f'rikors ta' appell kriminali huwa rettifikabbli, meta jidher car mill-korp tar-rikors tal-appell li si tratta ta' semplici "lapsus calami", ta' semplici skambju ta' kelma ma' ohra, u mhux ta' nuqqas sostanzjali. Dan ma jfisserx illi ma jibqghax dejjem sommament deziderabbli li r-redazzjoni tal-iskritturi gudizzjarji ghandha ssir, mhux konfuzament u zbadatament, imma b'dik id-diligenza u akkuratezza li tixraq lis-serjeta' u delikatezza tal-proceduri gudizzjarji. Fil-kaz prezenti, l-imputat gie misjub hati tal-ewwel imputazzjoni u kundannat, u mhux hati tat-tieni imputazzjoni u liberatminnha; fir-rikors tal-appell tal-imputat, fil-parti konkluzjonali tieghu, dan talab li s-sentenza tigi konfermata inkwantu sabitu mhux hati tal-ewwel imputazzjoni (mentri fil-verita' sabitu hati ta'dik l-imputazzjoni), u li jigi misjub mhux hati tat-tieni reat u liberat (dak li ma kienx hemm bzonnjigi mitlub, ghax fil-fatt minn din it-tieni imputazzjoni l-appellant kien diga' gie assolt); u b'applikazzjoni tal-principju hawn fuq enuncjat il-Qorti tal-Appell ordnat li ssir il-korrezzjoni li kienet opportuna fir-rikors tal-appell tal-imputat, u ordnat li l-kawza titkompla.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni