Reference: Volume 42E (1958), Part No. 4, Section , Page 1295

Judgement Details


Date
15/03/1958
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
HARDING WILLIAM
Parties
IL-PULIZIJA vs DR. RICCARDO FARRUGIA LL.D
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
BINI PERIKOLUZ - INTIMA TAL-PULIZIJA - PERIZJA - PROVA
Summary
F'akuza dwar li wiehed naqas milli jnehhi l-perikolu minn bini wara li gie avzat mill-Pulizija biexinehhi dak il-perikolu, jehtieg illi l-perikolu allegat jigi pruvat soddisfacentement. Il-Qorti hija, b'ligi tenuta li tezigi l-ahjar prova; u l-ahjar prova f'din il-materja hija x-xhieda tal-perit tal-Gvern, b'mod illi, jekk minflok dan il-perit jingieb bhala xhud tal-perikolu l-"clerk of works"tad-dipartiment, il-prova ma tistghax tinghad li saret soddisfacentement. Jekk, wara li jixhed il-perit tal-Gvern, il-Qorti thoss xi dubju, tista' tikkostitwixxi perizja fil-waqt illi, jekk l-imputat irid jikkontesta x-xhieda tal-perit, jista' jitlob perizja u , jekk il-Qori takkordalu din it-talba dan il-provvediment ikun a riskju tieghu fil-az li l-perizja tikkonferma x-xhieda tal-perit, u jista' jigi ordnat ihallas l-ispejjez tal-perizja. Hija mehtiega wkoll il-prova tal-intima tal-Pulizija lill-imputat; u din il-prova titqies li saret jekk, ghalkemm il-Pulizija ma tkunx giet giebet kopja ta' dik l-intima, l-imputat ikun ammettiha, anzi jkun ezibixxa l-kopja huwa stess. Imma, sabiex jigu evitati disgwidi u hela ta' zmien mac-citazzjoni ghandha tigi ezibita kopja tal-intima precedenti, u jigi prodott membru tal-Pulizija biex jikkonferma li dik l-intima giet spedita lill-imputat. Jekk tonqos il-prova bazilari u legali tal-perikolu, din l-imputazzjoni ma tkunx sostenibbli.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info