Reference: Volume 42E (1958), Part No. 4, Section , Page 1250

Judgement Details


Date
15/02/1958
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
HARDING WILLIAM
Parties
PULIZIJA vs CARMELO BONNICI
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
"SAVOY HOTEL" - ART. 3 U 198 TAL-KAP. 54 - BEJGH TA' OGGETTI TAL-IKEL FI STAT TA' THASSIR - BWONA FEDE - DOLCERIJA - KONTRAVVENZJONI - PERIZJA
Summary
F'akkuza dwar bejgh ta' oggetti tal-ikel ghall-konsum tal-bniedem li jkunu mhassra u mhux tajba, u ta' hsara ghas-sahha, il-Qorti ma ghandhiex taghmel ebda ricerka dwar l-element intenzjonali ta' danir-reat; ghax il-ligi rilevanti tikkwalifikah bhala kontravvenzjoni, u fil-kontravvenzjonijiet hijabizzejjed il-volontarjeta', ghalkemm din tista' tkun eccezzjonalment eskluza fil-kaz ta' zball invincibbli u essenzjali, u li jgib, dejjem eccezzjonalment, il-bwona fede. Imma b'dana kollu, jibqa' dejjem illi l-imputazzjoni f'kaz simili ghandha tigi pruvata. Jekk il-provi li tressaq il-Prosekuzzjoni biex issostni akkuza simili jkunu svalorizzati minn perizja adoperata mill-Qorti, u l-konkluzjonital-perizja ma tigix inficjata u l-Qorti taqbel maghha, l-imputazzjoni tibqa' mhux pruvata bizzejjed biex tirradika fil-Qorti l-konvinzjoni li l-hwejjeg tal-ikel kienu mhassra u mhux tajba ghas-sahha. Fil-kaz prezenti, si trattava minn riceviment li sar fl-okkazjoni ta' tieg fis-Savoy Hotel; xi nies li kienu mistednin, wara li kienu kielu xi "trifle" jew "krema" li kien hemm ghall-konsum tal-mistednin, hasshom hazin; il-Pulizija akkuzat lil sid dak l-hotel, bhala inkarikat mill-fornitura tal-helu f'dak it-tieg, talli biegh oggetti tal-ikel li kienu mhassra u mhux tajba ghas-sahha; il-Qorti tal-Magistrati sabet lill-imputat hati u kundannatu skond il-ligi; izda l-Qorti tal-Appell sabet li hu ma kienx hati ta' dik l-imputazzjoni u lliberatu.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info