Reference: Volume 42E (1958), Part No. 4, Section , Page 1284

Judgement Details


Date
08/03/1958
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
HARDING WILLIAM
Parties
IL-PULIZIJA vs FRANCIS BUGEJA ET.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ART. 23 TAL-KODICI KRIMINALI - ATTAKK U REZISTENZA LILL-PULIZIJA - ATTRUPPAMENT - KONKORS TA` REATI
Summary
Huwa veru illi, meta tqum rewwixta, jista' jigri li xi persuni li ma jkollhom ebda idea li jiksru l-ligi jsibu ruhhom, "nolens volens", travolti fil-fjumana tal-folla skjamazzant, bla ma jridu; izda huwa wkoll veru li min ikun qieghed josserva dak li qieghed isir, u jigi wara jixhed dwar il-kaz, ikun jista' jara tajjeb li dawn it-talin, spinti kontra l-volonta' taghhom mill-folla, fil-fatt ma jkunu qeghdin jaghmlu ebda att pozittiv li jista' jigi nterpretat bhala partecipazzjoni ostili u attiva,mentri ghar-rigward tal-ohrajn ikun jista' jara ugwalment tajjeb li dawn l-ohrajn ikunu qeghdin jiddiportaw ruhhom b'mod li juri bic-car li huma ma kienux traxxinati fil-massa tan-nies bla ma riedu,imma kienu qeghdin jiehdu parti kriminuza attiva. Fatt hu, ghalhekk li persuna travolta kontra l-volonta' taghha tidher li tkun qeghedha taghmel, mhux attijiet ostili, imma attijiet ta' min ikun qieghed ansjozament ifittex li mill-aktar fis jiddistrika ruhu mill-folla. Il-kwistjoni tal-konkors tar-reati, jew assorbiment taghhom, tirrizolvi ruhha filli l-gudikant jara jekk hemmx xi "nexus" bejn fatt u iehor li jista' jigi kunsidrat bhala "nexus" mhux accidentali, effett tal-pertinacja kriminuzatal-imputat, imma xi "nexus" naturali ossija guridiku, b'mod li jgib l-unicita' tar-reat. Hekk, minn jiehu parti attiva f'attruppament, mhux necessarjament ghandu fl-istess hin jindahal fid-doveri tal-Pulizija; u allura ma hemmx ness guridiku bejn dawn iz-zewg reati, u kwindi ma jikkostitwux reatuniku. Ghar-reat ta' attruppament ma hemmx bzonn il-prekoncert, imma hu bizzejjed li c-cirkustanzijuru li l-persuna li tkun imputata tkun qeghedha bl-attijiet taghha turi li hi qeghedha tagixxi, flimkien ma' ohrajn, bi skop komuni, sija pure mhux prekoncertat. Meta wiehed jigi misjub hati ta' zewg reati, u ghal wiehed minnhom jigi moghti l-beneficcju tal-liberazzjoni kondizzjonali, proprjamentma jkunx il-kaz ta' konkors ta' reati u pieni, almenu "rebus sic stantibus". Dan il-pont, se maj, jista' talvolta jinqala' ghall-konsiderazzjoni, "si et quatenus", fil-kaz li l-imputat jikser l-obligazzjoni lilu mposta bl-art. 23 tal-Kodici Kriminali ghar-rigward tar-reat li minnu gie liberat kondizzjonalment.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info