Reference: Volume 42E (1958), Part No. 4, Section , Page 1349

Judgement Details


Date
12/05/1958
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
HARDING WILLIAM
Parties
IL-PULIZIJA vs CENSU VELLA
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
"ANIMUS CONSULENDI" - "STRIKE" - "TRADE DISPUTE" - ART. 20 U 24 TAL-ORDINANZA IV TAL-1945 - INTIMIDAZZJONI - KARCERAZZJONI PROVVIZORJA - PIENA
Summary
Huwa lecitu li haddiem jipperswadi lill-siehbu haddiem biex jiehu parti fi "strike"; imma ma hux lecitu li dak l-istess wiehed jhedded lill-haddiem siehbu bi vjolenza jekk ma jaccettax li jkompli ma'li "strike"; ghaliex ghalkemm fl-izvilupp industrijali giet ammesa li "strike weapon", fil-kaz ta' "trade dispute", u mhux fil-kaz ta' kwistjoni politika, dan ma seta qatt ifisser illi, meta jkun hemm"strike" allura hu lecitu li wiehed jaghmel kull att li jrid daqs kieku l-ligi kriminali ma tezistix aktar. Ghaldaqstant meta l-imputat hu akkuzat li ntimidixxa persuni ohra bil-hsieb li jgieghlhomjaghmlu xi haga, jew li jgieghlhom ma jaghlux xi haga, li huma ghandhom il-jedd bil-ligi li ma jaghmlux xi haga, jew li jgieghlhom ma jghmlux xi haga li huma ghandhom il-jedd bil-ligi li ma jaghmluxjew li jaghmlu, ma hemmx ghalfejn jigi kunsidrat mill-Qorti jekk li "strike" sarx mnhabba "trade dispute" jew le, ghaliex anki jekk kienet "trade dispute" ma humiex permessi attijiet repressi mill-istess ligi li tippermetti li "strikes". Mhix accettabbli l-allegazzjoni tad-difiza li l-imputat ma ghamelx hlief ta' parir innocenti u amikevoli lil dawk in-nies l-ohra biex dawn izommu mix-xoghol sabiex ma jigrilhomx hsara, jekk il-fatti valutati fid-dawl tal-ligi u fuq l-isfond tac-cirkustanzi kollha antecedenti konkomitanti u sussegwenti juru li l-agir tal-imputat kien jikkostitwixxi intimidazzjoni. L-istess ligi specjali li tippermetti li "strikes" tikkunsidra bhala reat l-att ta' bnedem lijintimidixxi iehor; iehor; u l-istess ligi tiddefinixxi l-intimidazzjoni bhala l-att ta' min johloqfil-mohh ta' persuna ohra apprensjoni ragjonevoli ta' hsara ghalih jew ghal xi membru tal-familja tieghu jew ghal xi hadd mid-dipendnti tieghu, jew ta' vjolenza lil xi persuna jew proprjeta'. U dinil-minaccja ta' perikolu tista' tkun mhux biss espressa, imma anki implicita. Jekk mbghad kienx hemm dan it-theddid, espress jew implicitu, hija kwistjoni ta' fatti u tal-apprezzament taghhom mill-Qorti. Jekk l-imputat, qabel u fil-kors tal-kawza kien arrestat il-Qorti tisa' fid-diskrezzjoni taghha tordna illi fil-perijodu tal-espjazzjoni tal-piena minnha nflitta jigi komputat il-perijodu tal-karcerazzjoni preventiva.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info