Reference: Volume 42C (1958), Part No. 1, Section , Page 611

Judgement Details


Date
28/11/1958
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
MAMO ANTHONY J., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Parties
NOBBLI HUGH SANT FOURNIER NE. vs SALVATORE CASSAR ELLUL
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ART. 1196 TAL-KODICI CIVILI - AZZJONI SURROGATORJA - BANK - CEDOLA - MANDAT - PAGAMENT - RIPETIZZJONI TA' INDEBITU - TITOLU GHALL-PORTATUR - ZBALL
Summary
Il-pagament maghmul minn Bank lill-persuna li ghandha semplicement il-pussess tat-titolu jew cedolarapprezentanti l-flus depozitati fil-Bank, jigifieri lis-semplici detentu ta' dak it-titolu jew cedola ma hux pagament validu; ghax meta l-ligi ssemmi l-persuna "fil-pussess tal-kreditu" dan ma jfisserx il-persuna li ghandha f'idejha d-dokument li jirrapprezenta l-kreditu, imma dik il-persuna li apprentement ghandha l-kwalita' ta' kreditur, ossija li ghandha l-pusses tad-dritt stess ta' kreditu, umhux biss tad-dokument. Dan jinghad ammenokke' ma jkunx jittratta minn titolu ghall-portatur, billi f'dan il-kaz il-ligi tipprezumi mhux biss il-pussess, imma anki l-proprjeta'. Ghaldaqstant, jekkic-cedola tkun nominattiva, ma taqghax taht din l-eccezzjoni; imma jekk il-kreditur tad-depozitu jkun ta lill-Bank istruzzjonijiet fis-sens illi l-imghax ta' dak id-depozitu ghandu jithallas lill-persuna li tipprezenta l-istess cedola, kwantu ghall-imghax ic-cedola tigi konvertita f'titolu ghall-portatur, u l-pagament tal-imghax maghmul lill-persuna li tipprezenta lill-Bank dik ic-cedola huwa pagament maghmul validament u legalment. Dan igib ghall-konsegwenza illi jekk ikun hemm indebitu, ghaxl-imghax li thallas ma kienx dovut, dak l-indebitu hu rifondibbli minn sid id-depozitu, u mhux minnmin ircevieh; ghax sid id-depozitu, bil-fatt li telaq ic-cedola f'idejn hadd iehor, jigi qiesu nnomina bhala mandatarju tieghu lill-persuna li tipprezenta c-cedola fil-Bank, u per konsegwenza il-pagament li sar lil dik il-persuna jitqies pagament maghmul lilu, u l-indebitu, jekk ikun hemm, hu debitur tieghu s-sid. Kwindi l-pretensjoni tal-proprjetarju tac-cedola fis-sens illi l-Bank, biex jitloblura dak l-indebitu, ma ghandux jagixxi kontra tieghu in vija diretta, imma kontra l-persuna li rcevietu, u li kwindi hu kellu jagixxi bl-azzjoni surrogatorja, hija infondata. Ma tiswiex l-allegazzjoni ta' sid id-depozitu illi hu ma kienx possessur tac-cedola meta sar il-pagament ta' dak l-imghax;ghax kienet htija tieghu li halla c-cedola ghand persuna ohra u ma hax passi biex jirtiraha, u hekkippermetta l-possibilita' li dik il-persuna tku tista' tissorprendi l-bwona fede tal-Bank. L-izballta' min ikun hallas indebitament - "error facti" - huwa l-fondament tal-azzjoni ta' ripetizzjoni ta' indebitu.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info