Reference: Volume 42C (1958), Part No. 2, Section , Page 851

Judgement Details


Date
16/01/1958
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MAGRI ALBERT J.
Parties
ANTONIO BORG vs BARTOLOMEO BORG
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ART. 505 TAL-KODICI CIVILI - DIVIZJONI - HAJT DIVIZORJU - KONSORZJU - KOSTITUZZJONI IN MORA - SERVITU' - SIGAR
Summary
Hu ormaj pacifiku illi l-komproprjetarju ma jistghux jippretendi l-hlas ta' kera minn ghand il-komproprjetarju l-iehor ghall-okkupazzjoni tal-haga komuni, jekk mhux mill-gurnata li fija huwa jinterpellah b'att gudizzjarju u jikkostitwieh in mora ghal dan il-hlas. Diversament, ghandu jiftiehem li jkun hemm akkwijexxenza ghad-dgawdija tal-haga komuni; wisq aktar meta l-istess komproprjetarju ikun huwa stess igawdi mill-hwejjeg l-ohra komuni minghajr hlas. Jekk zewg ghelieqi jkunu ta' proprjetarju wiehed u dan ihawwel sigra hdejn il-hajt divizjorju mhux fid-distanza legali, u dik is-sigra tibqa' hekk imhawwla ghal zmien twil, u mbghad issir il-qasma ta' dawk iz-zewg ghelieqi b'mod li jigu jappartjenu lil persuni diversi, u fl-att tal-qasma ma jsir ebda ftehim dwar dik is-sigra, ghandu jiftiehem li l-kondividenti riedu li kollox jibqa; kif kien qabel il-qasma; u hekk tigi li nholqot servitu' bid-destinazzjoni tal-missier ta' familja. U allura ma jistghax wiehed minn dawk li messitu wahda minn dawk iz-zewg ghelieqi jippretendi li dik is-sigra tigi mnehhija minn fejn tinsab fuq il-motivli mhix imhawwla fid-distanza legali.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info