Referenza: Volum 42C (1958), Parti Nru. 1, Taqsima , Paġna 657

Dettalji tas-Sentenza


Data
12/12/1958
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
MAMO ANTHONY J., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Partijiet
DOLORES FARRUGIA ET vs WALDEMAR CARUANA
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
"ALTERNATIVE ACCOMMODATION" - "CHARACTER" - APPELL - BOARD TAL-KERA - KWISTJONI TA' DRITT - LOKAZZJONI - MARD TAL-INKWILIN
Fil-Qosor
Sentenza tal-Board tal-kera li tinterpreta wiehed mill-elementi li ghandhom skond il-ligi jittiehduf'konsiderazzjoni biex jigi verifikat jekk l-"alternaative accomodation" offerta jew xort'ohra "Availble" gahll-initmat hijiex "reasobnablu suitable" ghalieh u ghall-familja tieghu, tigi tikkontjeni punt ta` dritt deciz fiha, u ghalhekk hija appellabbli. L-elementi ligahndhom jigu kunsidrati biex jitqies jekk l-"alternative accomodatio" hijiex "reasonably suitable" ghall-kerrej u ghall-familja teighu huma l-"extent" u l-"character' tal-fond, u l-"proximity" tieghu lejn il-post tax-xoghol, mhud rigward ghall-mezzi tal-istess kerrej. Il-kelma "character" ghandha, certament, is-sinifikat, ghall-finijiet tal-ligi tal-kera, ta` li "Standing", ossija l-"klassi" tal-fond, u talvolta anki tal-vicinat fejn ikun sitwat; imma accettabbli l-allegazzjoni illi konsiderazzjonijiet ohra, ikunu xi jkunu,jistghu talvolta jigu valorizzati fl-ezami tal-"hardship". imma mhux f'dak tas-"suitability" tal-fond taht l-aspett tal-"Cahracter" tieghu; ghax interpretazzjoni simili twassal ghall-assurdita` u ripunjanza tal-bon sens li ghandhom jigu evitati. U huwa ovvjament assura u ripunjat ghal kull sens komun li wihed jahseb illi, filwaqt li l-ligi riedet li tittiehed konsiderazzjoni tad-daqs materjali tal-fond, tal-ekra teighu, tal-vicinanza lejn il-post tax-xoghol tal-kerrej, u tal-"klassi" tal-fond,hi riedet teskludi mill-kosniderazzjoni s-"suitability" tal-fond offert bhala "alternative accomodation" gahl dak li huma ezigenzi primarji u fondamentali ta` igjene u ta` sahha. Ghaldaqstant, jekk il-fond offert bhala "alternative accomodation" gahlkemm adattat ghall-kerrej fid-daqs u d-dettalji l-ohra, ma jkunx pero` adatt ghalieh minhabba mard tal-intimat jew ta` membri tal-familja teighu, dakil-fond ghandu jigi kunsidrat bhala mhux "suitable" gahll-intimat. F'kaz simili, is-sentenza tal-Board tla-Kera, ghal dak li hu nterpretazzjoni tal-ligi, ma fiha xejn hazin; u jekk il-bqija tas-sentenza mhuwiex hlief paragun tal-"hardship" rispettiv u apprezzament ta` fatti, dna mhux sindakabbli mill-Qorti tal-Appell.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni