Referenza: Volum 42C (1958), Parti Nru. 2, Taqsima , Paġna 827

Dettalji tas-Sentenza


Data
08/01/1958
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
CAMILLERI ALBERT V.
Partijiet
JOSEPH ZAMMIT vs CARMELO CARUANA NE.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ART. 2113(D) TAL-KODICI CIVILI - CITAZZJONI - KANONIZZAZZJONI TAL-KREDITU - LIBERAZZJONI "AB OBSERVANTIA" - PRIVILEGG
Fil-Qosor
Talba biex jigi dikjarat il-privilegg specjali fuq oggetti mobili li ghadhom ma gewx imhallsa, qabelil-kanonizzazzjoni tal-kreditu ghall-prezz ta' dawk l-istess oggetti, hija intempestiva. Il-kreditu huwa haga, u l-privilegg huwa hag'ohra. Il-kreditu jissussisti indipendentement mill-privilegg, mentri l-privilegg ma jistghax jissussisti minghajr il-kreditu. U huwa legalment inkoncepibbli li tigi mitluba dikjarazzjoni ta' privilegg bhala preordinata ghat-talba tal-kundanna ghall-kreditu; ghall-kuntrarju, huwa skond il-logika naturali u guridika li t-talba ghall-kanonizzazzjoni tal-kreditu ghandha tkun preordinata ghad-dikjarazzjoni fis-sens li l-kreditu tal-attur ghandu jgawdi d-dritt ta'prelazzjoni fuq il-hwejjeg partikulari li huma destinati biex jiggarantixxu ahjar il-pagament. Barra minn dan, l-affermazzjoni gudizzjali tal-jeddijiet legittimi ta' preferenza reklamata kontra d-debitur biss, apparti milli hija inopportuna jekk ma hemmx kreditu ta' hadd iehor fuqha, hija indubbjament intempestiva; u ghandha ssir ukoll fil-konfront ta' kredituri ohra li jistghu jkunu jippretenduprivilegg huma wkoll fuq l-istess oggetti. Ghaldaqstant, fil-kaz ta' talba biex il-kreditu reklamat jigi dikjarat privileggjat fuq oggetti mibjugha u mhux imhallsa, u biex il-kreditu ghal dawk l-oggetti jigi kanonizzat, maghmula kontra d-debitur biss, il-Qorti, fil-waqt li tikkanonizza l-kreditu,jekk ikun dovut, ghandha tillibera "ab observantia" mit-talba ghad-dikjarazzjoni tal-privilegg.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni