Reference: Volume 42C (1958), Part No. 1, Section , Page 758

Judgement Details


Date
19/04/1958
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
HARDING WILLIAM
Parties
JOHN SOLER vs ANTHONY CAMILLERI NE
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
DAZJU - RIFUZJONI - RIPETIZZJONI
Summary
L-allegazzjoni illi, meta d-dazju jithallas minghajr ebda protesta dak il-hin stess, id-dazju ma jistghax jigi rifuz taht ebda cirkustanza, ma hux korrett. Fil-Ligi tad-Dwana ma hemm ebda dispozizzjoni preciza u " ad hoc", illi, meta jithllas dazju mhux dovut, dan ma jistghax jigi rifuz lill-kontribwent; u ghalhekk jircievu applikazzjoni r-regoli komuni. Id-dispozizzjonijiet tal-Ligi Doganali gew dettati mhux biss biex minn naha wahda jigu evitati operazzjoni li jiffrodaw l-erarju, imma anki biex minn naha l-ohra ma jsir xejn arbitrarju ghad-dannu tal-kontribwnet. U l-ligijiet tributarji maghandhomx jigu nterpretati la kontra l-kontribwent u lanqas kontra l-erarju, imma skond l-ispirituu newtika grammatikali u logika; biss fid-dubju ghandhom pjuttost jigu rizoluti affermattivament, peress li "in materia gabellarum" hemm il-konsiderazzjoni tal-utilita` publika. Ma hemmx dubju li ghandu jigi accettat il-principju illi, meta d-dazzju jkun ga thallas bla protesta, u l-haga suggetta gahd-dazju tkun geit mahruga mill-kontroll doganali, allura d-dazju mhux ripetibbli; ghall-kuntrarju,jekk ikun thallas id-dazju bi protesta, dak il-hlas jekwivali ghal depozitu, u fil-kazijiet kongruwi s-somma mhallsa tista` tkun ripetibbli. Izda dan il-principju ma jistghax ikun assolut; ghaliex jircievi l-limitazzjoni teighu mill-istess "ratio decidendi" li fuqha hu bazat. U tabilhaqq, il-kazijiet jistghu jkun diversi, u jista` jaghti l-kaz li c-cirkustanza li l-haga tkun harget mill-kontroll doganli ma taghti lok ghal ebda potenzjalita` ta` agir frawdolent, u f'kaz simili tigi nieqsa r-"ratio decidenti" ta` dak il-principju. ghaldaqsntat, jekk dazju jithllas bla protesta, l-istess hu ripetibbli, jekk hux dovut, anki fil-kaz li l-oggetti li fuqhom ikun thallas ikunu gew ritirati mill-kontribwent, kemm il-darba l-fatt li l-oggetti gew mahuga mill-kontroll tad-Dwana ma jaffetta bl-ebda mod ir-reklam ghar-rifuzjoni tad-dazju; ghaliex, hargu jew ma hargux mill-kontroll tad-Dwana, dawkl-oggetti jibqghu dejjem li kienu meta gew ritirati mid-Dwana, u l-valur taghhom jibqa` l-istess, hargu jew ma hargux.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info