Referenza: Volum 42C (1958), Parti Nru. 2, Taqsima , Paġna 868

Dettalji tas-Sentenza


Data
23/01/1958
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
MAGRI ALBERT J.
Partijiet
PAOLO ABELA vs ANTONIO BONNICI ET. NE.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ART. 1093 U 1077 TAL-KODICI CIVILI - DANNI - DOKUMENTI - KOPJA TA' SENTENZA KRIMINALI F'KAWZA CIVILI - MINURI - MISSIER - PROVI - RESPONSABBILTA' INDIRETTA - SOLIDARJETA'
Fil-Qosor
Fil-ligi ma jidherx li hemm xejn kuntrarju ghall-ezibizzjoni f'kawza civili ta' kopja ta' sentenza moghtija minn Qorti Kriminali fuq l-istess fatti; jekk, mbghad, id-dokument ezibit, minhabba l-indipendenza tal-azzjoni civili mill-azzjoni kriminali, jistghax jaghmel prova jew le, din hi kwistjoni ohra; u anki jekk ma jaghmelx prova, l-irrilevanza tieghu mhix raguni b'ex jigi sfilzat mill-process.Meta jirrizulta li diversi persuni hadu parti f'ghemil li kkaguna hsara, minghajr ma tista' tigi stabbilita l-parti tal-hsara ta' kull wiehed minnhom, ghandhom jigu mizmuma responsabbli ta' dik il-hsara dawk kollha li hadu parti fiha; u jekk fost dawk il-persuni hemm xi minuri, ghall-hsara imputabbli lil dawk il-minuri huwa responsabbli l-missier taghhom, jekk hu ma jippruvax li ha l-hsieb ta' missier tajjeb tal-familja biex il-fatt li kkaguna l-hsara ma jigrix. Ghalkemm il-ligi, fil-kaz li diversi jkunu d-danneggjanti, taghti lid-danneggjat id-dritt li jagixxi ghad-danni kontra wiehed minnhom biss, dan ma jfisserx, illi, jekk hu jagixxi kontra taghhom kollha, il-kundanna ghandha tkun ta'kull wiehed minnhom ratealment, u mhux solidalment. Il-kundanna ghandha tkun solidali; ghaliex il-fakolta' moghtija lill-Qorti li tqassam fuq kull wiehed mid-danneggjanti l-hlas tal-hsara skond ic-cirkustanzi tirrigwarda biss ir-rapporti nterni bejn dawn, imma qatt ir-relazzjoni bejn id-danneggjanti u l-persuna li sofriet il-hsara.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni