Referenza: Volum 42C (1958), Parti Nru. 1, Taqsima , Paġna 708

Dettalji tas-Sentenza


Data
21/10/1958
Qorti
OF APPEAL (COMMERCIAL)
Ġudikatura
MAMO ANTHONY J., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Partijiet
AVUKAT DR EDWARD SAMMUT NE vs CALCEDONIO CUSCHIERI PR ET NE
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ART. 36 TAL-KODICI TAL-KUMMERC - BWONA FEDE - IMPORTAZZJONI - KJAMATA FIL-KAWZA - KONKORRENZA SLEALI - PENALI - REGISTRAZZJONI - SPEJJEZ GUDIZZJARJI - TRADE MARK
Fil-Qosor
Trade mark, anki jekk mhix registrata hawn Malta, taa` ugwalment taht il-portezzjoni tal-ligi, billil-fabbrikant li jipproduci artikolu ta` merkanzija u legittimament ipoggi fuqu markju bl-intenzjonili dak l-artikolu jigi maghruf bhala prodoott tieghu jakkwista d-dritt ta` proprjeta` ta` dak il-markju bl-intenzjoni li dak l-artikolu jigi maghruf bhala prodott teighu jakkwista d-dritt ta` proprjeta` ta` dak il-markju; u l-ligi taghtieh, f'kaz ta` vjolazzjoni tad-dritt teighu ta` proprjeta ta` dak il-markju, l-istess rimedji li taghti lill-proprjetarju biex dan ikun jista` jassikura l-pussessudgawdija ta` kull proprjeta` tieghu. U din il-protezzjoni hija internazzjonali; ghaliex il-merkanziji jiccirkolaw fis-swieq kollha. HUwa veru li l-ligi tipprevedi l-formom l-aktar soliti tal-konkorrenza ilecita, uilli mhux lecitu liwihed jestendi l-kazijiet ta` din il-konkorrenza oltre dawk minnha previsti, billi si tratta ` ta` veri u propji delitti kummercajli, li jaghut loka ghall konsegwenzi wisq serji. PEro`, jekk ditta estera tkun tiffabbrika prodott li jkun protett hawn Malta taht il-Ligi ta` Protezzjoni tal-Proprejta Industrijali taht markju li jkun qieghed legittimament jigi uzatminn kummercjant lokali; udik id-ditta tinnomina ditta ohra estera bhala koncessjonarja taghha bil-fakolta` li tiffabbrijka u tispaccja minn dak il-prodott bl-istess markju, limitatament pero` ghal certi lokalitajiet barra minn Malta, u filwaqt li l-prodott tal-ewwel imsemmija ditta ikun qieghed jigi spaccjat hawn Malta kummercjant iehor jimporta l-prodott tad-ditta l-ohra koncessjonarja u jinnegozjah hawn Malta taht l-istess markju, l-eghmil ta` dan il-kummercjant l-iehor jidhol fl-ipotesijietkontemplati mill-ligi, u jikkostitwixx att ta` konkorrenza sleali. Verament, dan ma jkunx il-kaz ordinarju ta` neguzjant li jispiccja prodott fabbrikat minnu stess, divers mill-prodott fabbrikat minn neguzjant iehor, taht il-amrkju ta` dan in-neguzjant l-iehor, identiku u imitat, imm ahu l-kaz ta`neguzjant li jimporta prodott minn ghand ditta esters, li tipporducieh b'koncessjoni ta` ditta ohralimitat territorjalment ghal postiijet bara minn Malta, u jispaccajhom hawn Malta bil-markju li jkunga jinsab uzat mid-ditta l-ohra. Imma jekk hemm il-possibilita` ta` konfuzjoni bejn il-emrci fabbrikata mil-ewwel ditta u dik fabbrikata mid-ditta koncessjonarja, dik il-possbilita` ta` konfuzjoni bejn ditta u ohra bhala fabbrikanti tal-emrkanzija hi bizzejjed biex ikun hemm konkorrenza illecita.Xejn ma tiswa l-allegazzjoni tal-kummercjant konvenut bhala konkorrent illecitu fis-sens illi huwa ma uzax il-markju in kontestazzjoni, ghax huwa ma ghamelx hlief importa l-emrkanzija b'dak il-markju;ghax il-fatt tal-importazzjoni hu att li bih certament huwa kkonkorra biex tigi ntegrata l-konkorrenza sleli; u hu prinicpju illi huma korresponsabbli dawk kollha li jkunu kkonkorrew ghall-kommissjoni ta` fat tillecitu. U dottrinalment ukoll l-importazzjoni hija "infringement". Lanqas ma tiswa l-allegazzjoni illi t-talba ghad-dikjarazzjoni li l-proprjeta` tat-trade mark in kwistjoni ghar-rigward tas-suq ta` Malta hija eskluzivament tad-ditta originarja produttiric tal-merkanzija ma kellhiex tigi proposta kontra l-kummercjant li qieghed jispaccja l-istess merkanzija bl-istess markju minnu mportata mid-ditta fabbrikanti koncessjonarja, gahx huwa ma hux il-kontradittur legittimu ta` dik id-domanda; ghaliex il-markju vjolat huwa registrat u wzat mid-ditta li qeghda titlob dik id-dikjarazzjoni, u dik it-talba hija preambula ghad-domandi l-ohra biex tigi dikajrata l-konkorrenza sleali u ghad-domandi konsegwenzjali; molto piu` li l-kummercjant konkorrent bil-fatt teighu jkun qieghed inidrettament u virtwalment jiddiskonoxxi dak il-markju. LAnqas jista` jilmenta, jekk fil-kawza tigi msejha d-ditta koncessjonarja, illi l-ispejjez tal-kawza jigu akkollati kollha fuqu, komprizi dawk tad-ditta koncessjonarja msejha fil-akwza, jekk ma kienx l-attur li pprovoka dik is-sejha fil-kawza, u ebda tort ma jisntab a kariku tad-ditta kjamata fil-kawza, u l-konveut ikun sokkombent. Xi awturi pproponew id-distinzjoni bejn konkorrenza "illecita" u konkorrenza "Selali'; l-ewwel wahda tikkomoprendi l-kazijiet ta` bwona fede, u t-tieni l-kazijiet ta` mala fede. Imma l-kwistjoni tal-bwona fede umala fede tista` tkun importanti ghal-entita` tal-piena; ghall-bqija, il-kolpa hi sufficjenti.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni