Referenza: Volum 43B (1959), Parti Nru. 1, Taqsima , Paġna 227

Dettalji tas-Sentenza


Data
15/05/1959
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
MAMO ANTHONY J., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Partijiet
MICHELE MIFSUD vs GIORGIA MIFSUD ET.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
AZZJONI JEW ECCEZZJONI - SIMULAZZJONI
Fil-Qosor
Ghalkemm hu kontrovers fid-dottrina u fil-gurisprudenza jekk is-simulazzjoni relattiva tistax tigi opposta "ope exceptionis" jew ghandhiex tigi dedotta per mezz ta' azzjoni, u ghalkemm il-Qorti tista'tippermetti li s-simulazzjoni tigi dedotta wkoll b'eccezzjoni, ghandhom dejjem jitqiesu c-cirkustanzi partikulari tal-kaz; b'mod illi, jekk dawn ic-cirkustanzi juru li l-eccezzjoni tas-simulazzjoni jehtieg li tigi ezaminata fl-istess gudizzju, mhux il-kaz illi l-allegata simulazzjoni tigi rimessa ghal gudizzju iehor. Barra minn dan, bhala regola generali, hu deziderabbli illi, meta dan jista' jsir kompatibbilment mar-regoli procedurali u d-dispozizzjonijiet tal-ligi, l-incidenti kollha li jqumu bejn il-partijiet f'kawza jigu diskussi u decizi fl-istess gudizzju, ghall-ekonomija ta' zmien u spejjez, u ghas-skans ta' possibbli konflitt ta' gudikati. U allura, meta kontra l-azzjoni propostatigi accepita s-simulazzjoni, mhux necessarjament din ghandha tigi rimessa ghal gudizzju separat, imma ghandha tigi diskussa u deciza fl-istess gudizzju, jekk dan ikun jista' jsir konformement ma' dakli hawn fuq espost.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni