Reference: Volume 43B (1959), Part No. 1, Section , Page 297

Judgement Details


Date
19/06/1959
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
MONTANARO GAUCI A.J., MAMO ANTHONY J., HARDING WILLIAM
Parties
NICOLA CARUANA vs DOTTOR JOHN CESAREO, MD
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ART. 357 U 480 TAL-KODICI CIVILI - DISTANZA LEGALI - GALLARIJA - HAJT DIVIZORJU
Summary
B'ligi is-sid jista' juza minn hwejgu kif irid, basta ma jaghmelx bihom uzu kontra l-ligi. U hija ligi wkoll illi hadd majista' jiftah twieqi, gallariji, ecc., f'distanza anqas minn zewg piedi u sittpulzieri mill-hajt divizorju, meqjusa din id-distanza lateralment; u hekk din id-dispozizzjoni tikkostitwixxi limitazzjoni tal-liberta' tad-dgawdija tal-proprjeta sancita fid-dispozizzjoni l-ohra. Ghaldaqstant mhux permess li tinbena gallarija fil-fond proprju f'distanza anqas minn dik fuq imsemmija, jekk il-gar jopponi; u jekk ghal zmien twil dan ikun ittollera gallarija mikxufa mhux fid-distanza legali, dan ma jfisserx ukoll li hu obligat jittollera gallarija mghotija bl-injam mhux fid-distanza legali; ghaliex hu seta' rrinunzja ghall-limitazzjoni mposta favur tieghu mill-ligi "pro tanto"biss, u mhux oltre. B'mod illi, jekk gallarija mikxufa tkun ilha tollerata hal hafna zmien f'distanza anqas minn dik legali, il-gar jista' jopponi li dik il-gallarija tigi mghottija bl-injam; u jekkhekk titghatta, huwa ghandu dritt jitlob ir-rimozzjoni tax-xoghol li jkun sar biex dik il-gallarijagiet hekk mghottija.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info