Reference: Volume 43B (1959), Part No. 1, Section , Page 174

Judgement Details


Date
06/03/1959
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
HARDING WILLIAM, MAMO ANTHONY J., MONTANARO GAUCI A.J.
Parties
GIUSEPPE CAMILLERI vs MARIA BORG
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
DANNI - DOLO U KOLPA - FALSIFIKAZZJONI TA' SKRITTURA - FIDEJUSSJONI
Summary
Persuna li tiffirma skrittura minflok persuna ohra billi topponi l-firma ta' dik il-persuna l-ohra,tista' tinghad, fis-sens purament materjali, li ghamlet firma falza; imma c-cirkustanzi jistghu jkunu tali li ma jistax ugwalment jinghad li dik il-persuna hija hatja ta' falsifikazzjoni delittwuza jew kwazi-delittwiza. Ghax l-element tad-dolo hu dejjem mehtieg anki ghad-delitt ta' falsifikazzjonita' skrittura. Anki jekk ghall- falz dokumentarju, fis-sistema tal-ligi taghna, ma hux in genere mehtieg li tigi pruvata l-inenzjoni li wiehed jiffroda, cjoe' li jaghmel qliegh jew li jikkaguna dannu, il-koxjenza tal-ksur tal-ligi u l-intenzjoni li wiehed jinganna huma necessarji dejjem. Barra minn dan, ghad li ma jistax jinhad b'mod generiku illi l-bwona fede tiskuza l-kolpa ghall-finijiet tar-rizarciment tad-danni civili, il-kolpa biex taghti lok ghar-rizarciment, trid tkun ta' natura u karattru tali li teskludi li l-awtur tad-dannu kien fil-gusta kredulita' li jista' jezegwixxi l-att li minnu hu pretiz li dderiva d-annu. Ghaldaqstant, jekk il-persuna tiffirma skrittura ta' fidejussjonighal persuna ohra li ma tafx tikteb, billi tapponi l-firma ta' dik il-persuna l-ohra, u mbaghad jirrizulta li dik il-fidejussjoni saret nullament u li l-kreditur sofra dannu minhabba n-nullita' ta' dik l-iskrittura, il-persuna li ffirmat minflok haddiehor, i.e. minflok il-pretiz garanti, mhix responsabbli ghad-danni lejn il-kreditur, jekk hija ffirmat ghax giet mitluba u awtorizzata taghmel dik il-firma, u ghax giet imgharrfa li setghet taghmel dik il-firma, u mhux b'ex tinganna jew taghmel xiqliegh.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info