Referenza: Volum 42D (1958), Parti Nru. 3, Taqsima , Paġna 1023

Dettalji tas-Sentenza


Data
12/05/1958
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
MAGRI ALBERT J.
Partijiet
EMMANUELE CASSAR vs ONOR. DR.GIORGIO BORG OLIVIER ET. NE
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
APPALT - DANNI
Fil-Qosor
Jekk il-Gvern jaghti appalt lil persuna u mbghad iwaqqafha mill-appalt u jkompli x-xoghol hu, u l-perit gudizzjarju jkun issottometta illi l-flus zejda li hallas il-Gvern biex kompla dak ix-xoghol kienu konsegwenza diretta tal-agir tal-Gvern li, prezumibbilment fuq il-presuppost li jigri x'jigri kien l-appaltatur li ser ihallas id-danni, u hekk nesa d-dmir tieghu li ma johloqx hu stess danni, u lijzomm id-danni fil-limiti minimi taghhom, ghax il-Gvern kellu l-mezzi u z-zmien disponibbli biex minghajr diffikultajiet isib appaltatur li jiehu l-appalt tax-xoghol li kellu jaghmel l-appaltatur biprezz bi prezzijiet mhux aktar oneruzi minn dawk tal-istess appaltatur, l-appaltatur ma jistghax jopponi t-talba tal-Gvern li jigi nominat perit biex jirrelata jekk in-nefqa li ghamel il-Gvern wara ligie mwaqqaf l-appaltatur kienetx gusta jew le. Jekk il-Gvern, skond il-kuntratt tal-appalt, kellus-setgha li jholl il-kuntratt u jkompli x-xoghol hu minghajr ma jadixxi t-tribunali, l-agir tieghu jibqa' dejjem sindakabbli ghal dak li hu l-moderazzjoni tal-ispejjez inkorsi; jekk imbahad il-Gvern ma kelux dik is-setgha li jaghmel l-ispiza in kwistjoni minghajr l-awtorizzazzjoni tal-Qorti, il-konkluzjoni tibqa' dejjem li hu jkun jista' jiehu lura biss dik l-ispiza jekk din ma tkunx eccessiva.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni