Referenza: Volum 42D (1958), Parti Nru. 3, Taqsima , Paġna 1198

Dettalji tas-Sentenza


Data
07/08/1958
Qorti
OF COMMERCE
Ġudikatura
CAMILLERI ALBERT V.
Partijiet
KAPTAN CHARLES PACE vs JOSEPH TONNA NE
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ART. 379, U 380 TAL-KAP. 15 - DIKJARAZZJONI TAS-SEKWESTRARJU - INGUNZJONI GHAD-DEPOZITU - INTEGRITA TAL-GUDIZZJU - KJAMATA FIL-KAWZA - SEKWESTRU
Fil-Qosor
Is-sekwestru li jkun jirrisjedi fil-Gzira fejn tkun tinsab il-Qorti li tohrog mandat ta' sekwestru ghandu, jekk ikun interpellat b'ittra ufficjali ghal daqs hekk, jaghmel dikjarazzjoni dwa xi flejjesjew hwejjeg ohra li huwa jkollu ta' penitenza tas-sekwestrat, fi zmien erbgha t'ijiem, lir-Registratur tal-Qorti li tkun spediet il-mandat, kemm il-darba huwa ma jkunx ghamel dik l-istess dikjarazzjoni lill-marixxall ezekutur fil-waqt talezekuzzjoni tal-mandat; u fin-nuqqas li jaghmel dan, huwa prezunt mill-ligi li fil-fatt hu jkun jippossjedi flesses jew oggetti ohra konnessi mal-att ezegwit. L-ezekutant, ukoll, jista' jintima lis-sekwestratarju per mezz ta' att procedurali "ad hoc" biex jiddepozita l-flejjes u oggetti ohra tas-sekwestrat, jew jista' minn jeddu, jekk ma jkunx irid izomm dawk il-flejjes jew hejjeg ohra, jiddepozitahom il-Qorti, salv li jinnotifika bid-depozitu lill-ezekutant u lid-debitur. Imma l-prezunzjoni fuq imsemmija hija "juris tantum", u tista' tigi kontradettabi provi u bi prezunzjonijiet kuntrarji. Fil-kawza, mbghad li jaghmel il-kreditur kontra s-sekwestrarji biex dawn jiddepozitaw il-flus jew oggetti ohra li huma prezunti jkollhom fil-poter taghhom, ghax la ghamlu d-dikjarazzjoni fuq imsemmija u lanqas id- depozitu, meta kienu gew ghal hekk interpellati, il-kreditur mhux obligat iharrek anki lis-sekwetrat, u l-gudizzju jibqa' integru mill-mument lijiehdu parti fih dawk li jkollhom id-dritt u dawk li kontra taghhom dawk l-istess dritt jikkompeti.Jekk is-sekwestratarju konvenut jidhirlu li tkun mehtiega fl-interess tieghu l-prezenza tad-debitur, uwa jista' jitlob l-intervent tieghu f'dak il-gudizzja.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni