eCourts
Kawżi Ċivili
Sentenzi
Insolvenzi
Subbasti
Użu tal-Awli
Servizzi
Irċievi Notifiki bil-Mowbajl
Ħallas Multi tal-Qorti
Ħallas id-Dritt tar-Reġistru tal-Qorti
Malti
English
Illoggja
Home
Fittex is-Sentenzi
Dettalji
Referenza: Volum 42D (1958), Parti Nru. 3, Taqsima , Paġna 1151
Niżżel
Dettalji tas-Sentenza
Data
04/03/1958
Qorti
OF COMMERCE
Ġudikatura
GOUDER TANCRED
Partijiet
DOMENICO BEZZINA PR. ET NE. vs JOHN SAID
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A
Kliem Ewlieni / Fil-Qosor
Kliem Ewlieni
ART. 2253 U 2254 TAL-KODICI CIVILI - PRESKRIZZJONI
Fil-Qosor
Skond l-art. 2253 tal-Kodici Civili, jaqghu bil-preskizzjoni bl-gheluq ta' tmientax il-xahar l-azzjonijiet tal-hajjata, skrapan, mastrudaxxi, bennejja, bajjadda, haddieda, argentieri, arluggara, u ta'persuni ohra li jahdmu sengha jew arti mekkanika, ghall-prezz tal-opri jew tax-xogholijiet taghho,jew tal-materjali li jfornu. Skond l-art. 2254 tal-istess Kodici, mbghad, jaqghu bil-preskrizzjonita' sentejn l-azzjonijiet tal-bennejja ta' bastimenti jew bcejjec ohra tal-bahar u tal-kuntratturita' bini iehor jew ta' xogholijiet ohra ta' l-injam, gebel jew materjal li jfornu. L-ewwel imsemmija dispozizzjoni tapplika ghall-krediti tal-artefici li jipprestaw l-opra taghhom, fil-waqt illi t-tieni preskrizzjoni tirriferixxi ghall-krediti ta' dawk li fihom ikun prevalenti l-karattru ta' spekulaturi u li aktar minn opra, jipprestaw l-opra taghhhom filwaqt ili t-tieni preskrizzjoni tirriferixxi ghall-krediti ta' dawk li fihom ikun prevalenti l-karattru ta' spekulazzjoni, u li aktar minn opra, jipprestaw xoghol - "opus" - mingajr distinzjoni in rigward tan-natura tax-xogholijiet u minghajrqies tal-importanza tas-somministrazzjonijiet. Min jezercita mpriza ta' ingenerija u jispekula fuql-opra tal-impjegati tieghu, u huwa ma jipprestax biss l-opra ("opera") tieghu, imma jaghmel xoghol("opus") konsistenti fit-twaqqif ta' oggett taht id-direzzjoni ta' espert estraneu, u jifforni l-materjal okkorrenti ghat-twaqqif tal-istess oggett (fil-kaz prezenti l-oggett kien "Merry-go-round"),jaqa' taht id-dispozizzjoni fuq imsemmija fit-tieni lok. Invokata waha mill-preskrizzjonijiet partikulari kontemplati mill-ligi, l-Qorti ma tistghax, jekk dik invokata tirizulta insostenibbli, tfittex biex tara jekk hix applikabbli xi preskrizzjoni partikolari ohra li ma gietx invokata.
Agħfas hawn biex tfittex mill-ġdid.
Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku.
Iktar Informazzjoni
Naċċetta