Reference: Volume 42D (1958), Part No. 2, Section , Page 1085

Judgement Details


Date
07/06/1958
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
FLORES JOSEPH
Parties
CARMELA BARTOLO ET. vs GIUSEPPA SPITERI ET.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ART. 634 (D) TAL-KODICI CIVILI - IMPUNJAZZJONI - INSANITA` MENTALI - PROVA - TESTMENT
Summary
Il-ligi tirrendi inkapaci li jaghmel testment lil dak li, ghalkemm mhux interdett, ma jkunx f'sensieh fiz-zmien tat-testment. Pero', mhux kull infermita' mentali tirrendi inkapaci li wiehed jaghmel testment, imma stat psikopatiku tali li minhabba fih it-testatur ma jkollux nozzjoni tad-drittijiet udoveri tieghu, u ma jkunx jikkomprendi l-importanza u l-konsegwenzi tal-azzjonijiet tieghu; u hekkhu nkapaci min fil-waqt tat-testment, minhabba fl-infermita' mentali, ma jkollux l-intendiment u l-volonta', u b'dan il-mod it-testment ma jkunx jirrispekkja l-kuxjenza u l-volonta tat-testatur. Il-kapacita' mentali, bhala li hija r-regola, hi prezunta; u min jimpunja t-testment hu tenut jipprova rigorozament din l-inkapacita; u l-ahjar indizju, fi kwistjoni ta' inkapacita' simili, joffrihom il-kontenut stess tat-testment. Fil-kaz prezenti, irrizulta li t-testatur kien affett minn deluzjonjietu allucinazzjonijiet ta' natura paranoide, li pero' kienu limitati ghal suggett wiehed, li fih il-persuni li dehrilhom li jattakkaw it-testment tieghu lanqas kienu komprizi; imma barra din l-isfera t-testatur kien normali, konforment mal-kondizzjoni socjali u l-istat tieghu. U l-Qorti rrespingietit-talba tal-atturi ghad-dikjarazzjoni ta' nullita' tat-testment.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info