Referenza: Volum 42D (1958), Parti Nru. 2, Taqsima , Paġna 1019

Dettalji tas-Sentenza


Data
12/05/1958
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
MAGRI ALBERT J.
Partijiet
FRANCIS GALEA vs BARTOLOMEO GRECH
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
"DAMNUM EMERGENS" - "LUCRUM CESSANS" - ART. 1088 TAL-KODICI CIVILI - DANNI - INKAPACITA' PERSONALI - KOLLIZZJONI - KURA MEDIKA
Fil-Qosor
Hu principju, rikonoxxut u ammess mill-gurisprudenza, illi l-kura medika hija rimessa ghall-fiducjapersonali tal-pazjent. F'materja ta' inkapacita' personali sofferta mid-danneggjat bi htija tad-danneggjant, il-gurisprudenza stabbiliet ukoll illi ma hemmx regoli fissi u nflessibbli, u kollox jiddependi mic-cirkustanzi tal-kaz, u illi, fost il-kriterji li tindika li ligi veru li hemm ix-xorta u l-grad tal-inkapacita', izda dan hu wiehed biss mill-kriterji, u ghalhekk l-ammont tad-danni rizarcibbli mhux necessarjament ghandu jkun proporzjonat dejjem ghall-grad tal-inkapacita'. Fil-fissazzjonital-"lucrum cessans" ghandhom jittiehdu in konsiderazzjoni diversi elementi, fosthom principalmentl-eta' ta' min sofra l-inkapacita', u kwindi mhux biss il-proventi tieghu qabel il-kaz, imma anki dawk potenzjali. Lanqas ma ghandu jigi kunsidrat, fil-likwidazzjoni tal-"lucrum", l-fatt li t-telf ta' paga tad-danneggjat fil-mument tal-kolizzjoni ma kienx telf effettiv; ghax il-ligi tiddistingwi bejn it-telf tal-paga jew qliegh iehor "attwali" u t-telf ta' qliegh iehor li d-danneggjat ibati "l-quddiem" minhabba l-inkapacita'. Fost id-danni emergenti, fil-kaz prezenti, il-Qorti akkordat lid-danneggjat l-ispejjez ta' vjagg li hu ghamel biex mar jikkura ruhu f'Catania minhabba lezjoni soffertaa kawza ta' kollizjoni, flimkien mal-ispiza li hu ghamel f'Catania ghal dik il-kura.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni