Reference: Volume 42D (1958), Part No. 2, Section , Page 973

Judgement Details


Date
12/04/1958
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
CAMILLERI ALBERT V.
Parties
MARGHERITA FENECH vs PAWLA ZAMMIT
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ART. 572 TAL-KODICI CIVILI - ART. 874 TAL-KODICI TAL-PROCEDURA CIVILI - PUSSESS - RETRATT - RIVENDIZZJONI - SPOLL
Summary
L-"actio spolii" hija radikata pjuttost fuq l-ezigenzi ta' utilita' socjali milli fuq il-principju assolut tal-gusitzzja, u hija eminentement intiza sabiex tkun estiza l-protezzjoni lil kwalunkwe pussess, u jigi mpedut lic-cittadin privat jiehu l-gustizzja f'idejh; b'mod li l-fini taghha huwa dak lijigi restawrat l-istat tal-pussess li jkun gie skonvolt jew turbat. L-artikolu tal-ligi li jikkontempla din l-azzjoni huwa ndubbjament ta' ordni publiku, u huwa inerenti ghall-fatt ta' min b'awtorita' privata jaghmel ghad-dannu ta' terza persuna att li, ghalkemm jista' jkollu dritt ghalieh, ma jkunx jista' jezercitah minghajr l-intervent tal-Qrati; u ma' dak l-artikolu huwa marbut l-iehor tal-Procedura Civili li jahseb u jghid li kontra l-azzjoni ta' spoll ma humiex ammissibbli hlief eccezzjonijiet dilatorji. Elementi ta' din l-azzjoni huma li l-attur kien jippossjedi, b'pussess ta' kwalunkwe xorta, jew jiddetjeni, il-haga; li huwa jigi spolljat minnha; u li huwa jkun mexxa l-quddiem il-kawza fi zmien xahrejn mill-jum li fih sar l-att antiguridiku allegat. In kwantu ghall-ewwel element, hu bizzejjed li l-instanti jkollu l-pussess ta' kwalunkwe xorta, jew detenzjoni, tal-haga; li huwajigi spoljat minnha; u li huwa jkun mexxa l-quddiem il-kawza fi zmien xahrejn mill-jum li fih sar l-att antiguridiku allegat. In kwantu ghall-ewwel element, hu bizzejjed li l-instanti jkollu l-pussess ta' kwalunkwe xorta, jew detenzjoni, tal-haga li fuqha jkun pretiz li sar l-ispoll; imma min jippromwovi din l-azzjoni jrid ikollu xi pussess, inkellha l-azzjoni hija destinata li ma tirnexxix. Ir-retrattarju huwa kunsidrat proprjetarju tal-fond irkuprat sa ma ssir ir-rivendizzjoni, jew sa metahuwa b'att gudizzjarju ma jkunx irrikonoxxa r-retratt ezercitat mir-retraent. Ghalhekk, ir-retraenti jidhol fil-pussess civili biss jekk il-fond ikun detenut in lokazzjoni minn terzi persuni, jew anki fil-pussess materjali, jekk ikun jiddetjenieh huwa stess, jew ma jkunx okkupat, malli ssir ir-rivendizzjoni. In vista tal-permess, jekk wiehed jixtri fond, u bil-permess tal-venditur jniffdu ma' fond iehor tal-istess venditur, u malli jigi notifikat bic-cedola tal-irkupru, fuq istruzzjoni tal-venditur, jerga' jaghlaq bil-gebel il-bieb jew apertura li kien fetah biex niffed iz-zewg postijiet, udan jaghmlu qabel ma jaghmel ir-rivedizzjoni favur ir-retraent, dan ma ghandux dritt jezercita l-azzjoni ta' spoll kontra dak ir-retrattarju biex jikkwerela ruhu kontra dak l-gheluq, ghax meta ezercita l-azzjoni ta' spoll ma kellux il-pussess tal-fond, billi kienet ghadha ma saritx ir-rivendizzjonita' dak il-fond favur tieghu. U fl-assenza ta' prova ta' wiehed mill-elementi ndispensabbli sabiextirnexxi l-azzjoni in kwistjoni l-Qorti ma ghandhiex ghalfejn tidhol biex tezamina jekk jikko-ezistux l-elementi l-ohra tal-istess azzjoni.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info