Referenza: Volum 42D (1958), Parti Nru. 2, Taqsima , Paġna 923

Dettalji tas-Sentenza


Data
15/02/1958
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
CAMILLERI ALBERT V.
Partijiet
IVY ANGUS vs JOSEPH CALLEJA NE.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ART. 2261(F), 2265, 2238 U 2241 TAL-KODICI CIVILI - GRATUWITA' - GURAMENT - INTERRUZZJONI - PRESKRIZZJONI - RIKONOXXIMENT TAD-DEJN - SERVIGI
Fil-Qosor
Azzjoni ghall-hlas ta' kumpens ghal servigi rezi, skond il-kunsens unanimi tal-gurisprudenza nostrali; hija bazata guridikament fuq il-kwazi-kuntratt, u unanimement fuq il-prezunzjoni li min jassoggetta ruhu biex jaghmel servigi lil hadd iehor jaghti dak l-istess xoghol bl-iskop li jithallas, ammenokke' ma jkunx ghamlu bi skop umanitarju biss, bla ebda hsieb li jkun kompensat, jew li jaghti dak l-istess servizz lil xi persuna tal-familja tieghu "familiaritatis sew pietatis causa"; f'liema l-ahhar ipotesi, min jirreklama s-servigi jrid ibieghed minnu dik l-istess prezunzjoni, li jkollha aktar sahha, sabiex ikollu success fl-azzjoni li huwa jintenta. Certament, l-intenzjoni tas-serventi li jithallas u tal-persuna servuta li tirrikompensa lil min serviha, huma ta' importanza f'kawzi bhal dawn; kif ukoll mhux ta' min jittraskura l-istat finanzjarju tant tal-persuna serventi kemm tal-persunaservuta; l-ghaliex, tant mill-punto di vista tal-intenzjoni tar-retribwibbilita', kemm mill-punto di vista tal-mizura tal-kumpens, dawn il-punti ghandhom importanza. Hekk, per ezempju, fil-kaz li persuna abbjenti li tmur minn jeddha ddur b'persuna li taf li hija fqira, il-prezunzjoni li dawk is-servigi saru bil-fehma ta' hlas ma tregix; u mill-banda l-ohra lanqas tista' tigi ndotta l-fehma tar-retribuzzjoni tal-persuna servuta li tkun f'dak l-istat finanzjarju. JInghad ukoll li, jekk persunali tigi servuta tkun ta' fakoltajiet ekonomici ristretti, imma mhux tali li tkun indigenti, huwa prezunt li tisserva b'persuna li tkun kuntenta b'retribuzzjoni moderata, u mhux ga tali li tirrendiha ndigenti. Il-preskrizzjoni ta' din l-azzjoni hija dik ta' hames snin. Bhala brevi, din il-preskrizzjoni hija mhux biss prezuntiva tal-pagament, imma anki ta' inezistenza ta' obligazzjoni; u l-gurament li jigi deferit lil min jeccepiha mhux intiz biex jikkompleta l-preskrizzjoni, imma huwa biss mezzbiex jirrespingiha; meta, mbaghad, min igib il-quddiem il-preskrizzjoni ma jkunx fil-grad li jippresta l-gurament, bhal meta jkun kuratur, jigi jonqos lill-attur il-mezz biex jiddistruggi l-preskrizzjoni, imma l-prezunzjoni tibqa' hajja u l-preskrizzjoni jkollha l-effetti taghha. L-attur pero' jista' jiddistruggi l-preskrizzjoni billi jipprova l-interruzzjoni taghha, jew ir-rikonoxximent tad-dejn da parti tad-debitur. Il-preskrizzjoni tibqa' ta' hames snin anki jekk fl-istess servigi jkun hemm kontinwazzjoni taghhom.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni