Reference: Volume 42D (1958), Part No. 2, Section , Page 913

Judgement Details


Date
07/02/1958
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MAGRI ALBERT J.
Parties
MICHAEL MAMO vs PHILIP GRIMA
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ART. 572 TAL-KODICI CIVILI - AZZJONI - MANUTENZJONI - REINTEGRAZZJONI - SPOLL - TERMINU
Summary
In-natura tal-azzjoni ghandha tigi dezunta mit-termini li fiha tkun koncepita c-citazzjoni relattiva; u jekk minn dawn it-termini jkun jidher li l-azzjoni ezercitata hija ta' spott, ghandha tigi kunsidrata bhala tali, avvolja fic-citazzjoni ma jinghadx li l-konvenut ipproceda bil-vjolenza jew bil-mohbi; ghax dan ma kienx mehtieg, billi dawk il-koncetti huma komprizi fil-kelma "spoll". Huwa veru li, skond id-dottrina u l-gurisprudenza, l-azzjoni ta' spoll u ta' manutenzjoni jistghu jkunu ezercitati kontemporanjament u fl-istess citazzjoni; pero', dan l-ezercizzju kumulattiv jehtieg li jirrizulta bic-car mill-att tac-citazzjoni; diversament, il-Qorti tista' tippronunzja fuq haga li ma tkunx mitluba. Darba jigi stabbilit li l-azzjoni ezercitata hija azzjoni ta' spoll, jehtieg issir l-indagini jekk l-istess azzjoni tinsabx perenta, billi ma tkunx giet ezercitata fi zmien xahrejn mill-kommissjoni tal-spoll. Iz-zmien tal-azzjoni jibda mill-gurnata tal-ispoll, u mhux minn meta l-attur isirjaf bih; u kwindi l-azzjoni tkun perenta jekk tigi ezercitata wara xahrejn minn meta jkun sar l-ispoll, avvolja l-attur ma kienx jaf bl-ispoll fil-waqt; u lanqas jiswa li l-attur ikun ipprotesta gudizzjarjament kontra l-ispoll, ghaliex it-terminu ta' xahrejn huwa terminu ta' dekadenza, u ghalhekk,bhala regola, mhux suggett ghar-regoli tal-preskrizzjoni. B'dan kollu, jekk l-azzjoni tkun perentabhala wahda ta' spoll, tista' triegi bhala azzjoni ta' manutenzjoni, jekk il-forma tac-citazzjoni hitali li wiehed jista' jidhol fi kwistjonijiet mhux merament possessorji, b'mod li l-Qorti tkun tista' liberament tipprocedi fuq l-istess atti. Biss, l-attur jitlef il-vantaggi u l-privilegi li l-ligi taghti lill-azzjoni ta' spoll privileggjat, u l-konvenut ikun jista', jekk irid, iqanqal kontra l-pretensjoni tal-attur kull xorta ta' eccezzjonijiet, anki mhux dilatorji.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info